Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-Summit taż-Żona tal-Euro, 22 ta’ Ġunju 2015

Summit tal-euro
  • 22/06/2015
  • 19:00
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 494/15
  • Żona tal-euro
  • Ekonomija u finanzi
22/06/2015
Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 22815150
+32 476850543

Sejjaħt din il-laqgħa għaliex iż-żmien qed jagħfas mhux biss għall-Greċja iżda għalina lkoll. Għandna biss ġimgħa qabel ma jiskadi l-programm Grieg attwali. U dan ifisser li l-istrateġija ta’ "imbagħad naraw" trid tintemm.

Hija r-responsabbiltà tiegħi li niżgura li għamilna ħilitna kollha biex tissolva din il-problema. Iżda hija wkoll ir-responsabbiltà tiegħi li niżgura li aħna nirrispettaw il-kontribwenti kollha fil-pajjiżi kollha. Li kieku ma ġarrewx il-piż tal-awsteritajiet, kieku llum ma setgħux jgħinu lill-Greċja. Din hija wkoll ir-raġuni għaliex il-partijiet kollha tan-negozjati għandhom jirrispettaw lil xulxin. Ninsab assolutament konvint li l-logħba tal-ħtija ma twassal imkien.

Illejla rrid il-karti kollha fuq il-mejda. Dan ma jfissirx li jien irrid ninnegozja d-dettalji tekniċi, iżda jfisser li nixtieq inwaqqaf il-logħob tal-azzard politiku. Nista’ ngħid li mindu sejjaħt din il-laqgħa informali seħħew xi affarijiet promettenti, inklużi t-taħdidiet u l-laqgħat tal-lum. U l-aħħar proposti Griegi huma l-ewwel proposti reali f’bosta ġimgħat, għalkemm ċertament huma għad għandhom bżonn il-valutazzjoni tal-istituzzjonijiet u ħidma ulterjuri.

Iżda l-aktar ħaġa importanti hija li l-mexxejja jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-proċess politiku biex jiġi evitat l-agħar xenarju possibbli li huwa "Graccident" bla kontroll u kaotiku. Grazzi.