Kummenti mill-President Donald Tusk fil-konferenza stampa tas-Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-euro
  • 22/06/2015
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 495/15
  • Żona tal-euro
  • Ekonomija u finanzi
22/06/2015
Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 22815150
+32 476850543

Sejjaħt dan is-summit biex tispiċċa l-inċertezza perikoluża u jiġi evitat l-agħar xenarju possibbli li jfisser "Graccident" kaotiku u bla kontroll. Biex nagħmel dan, ridt nilħaq żewġ affarijiet. L-ewwel nett, ridt indaħħal dinamiżmu ġdid fin-negozjati li ilhom wisq weqfin. Bil-proposta Griega tal-lum, nemmen li dak il-pass għamilnieh. It-tieni nett, biex inkun ċert li l-mexxejja kollha qegħdin fuq l-istess paġna politika, u li kollha għandhom l-istess fehma tal-possibbiltajiet u l-limiti.

Il-Prim Ministru Tsipras iggarantielna li l-Greċja hija serja u li għandha r-rieda taħdem b'mod kostruttiv. Kif rajna fl-aħħar sigħat, nistgħu naraw li l-partijiet kollha huma impenjati bis-sħiħ li jsibu soluzzjoni. Il-proposti Griegi l-ġodda lit-tliet istituzzjonijiet huma pass pożittiv 'il quddiem skont il-valutazzjoni inizjali tal-istituzzjonijiet. Ser tkompli ssir valutazzjoni tagħhom fis-sigħat li ġejjin. Il-ħidma issa għandha tkun rapida fil-Grupp tal-Euro. Il-Prim Ministru Tsipras u l-istituzzjonijiet issa ser jaħdmu flimkien, sabiex il-Grupp tal-Euro jkun jista' jasal għal riżultati nhar l-Erbgħa filgħaxija li jistgħu jiġu ppreżentati l-Ħamis filgħodu.