Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk lill-membri tas-Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-euro
  • 06/07/2015
  • 16:00
  • Stqarrija għall-istampa
  • 557/15
  • Żona tal-euro
  • Ekonomija u finanzi
06/07/2015
Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 22815150
+32 476850543

Nixtieq nistiednek għal laqgħa informali tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern taż-żona tal-euro u l-President tal-Kummissjoni nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju 2015 fis-18:00.

Wara r-referendum fil-Greċja, nemmen li għandna niltaqgħu urġentement fl-ogħla livell politiku biex niddiskutu s-sitwazzjoni u modi possibbli 'l quddiem.

Stedint ukoll lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u lill-President tal-Grupp tal-Euro biex jingħaqdu magħna.