Dikjarazzjoni konġunta tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE u l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-attakk terroristiku f'Ankara

Kunsill Ewropew
  • 18/02/2016
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 73/16
  • Affarijiet Interni
  • Affarijiet Barranin u relazzjonijiet internazzjonali
18/02/2016
Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 22815150
+32 476850543

Aħna, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, nikkundannaw bil-qawwa l-attakk terroristiku tal-bieraħ f'Ankara.

Nesprimu l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tagħna lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi u s-solidarjetà tagħna mal-poplu tat-Turkija.

L-atti ta’ terroriżmu, irrispettivament minn min isiru u minn fejn iseħħu, mhuma qatt aċċettabbli. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jintensifikaw l-isforzi kollha kontra din il-pjaga, f’kooperazzjoni mas-sħab.