Ara l-kontenut
Abbonament bl-email
  • 18/02/2016
  • 18:15
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 73/16
  • Affarijiet Barranin u relazzjonijiet internazzjonali
  • Affarijiet Interni

Aħna, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, nikkundannaw bil-qawwa l-attakk terroristiku tal-bieraħ f'Ankara.

Nesprimu l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tagħna lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi u s-solidarjetà tagħna mal-poplu tat-Turkija.

L-atti ta’ terroriżmu, irrispettivament minn min isiru u minn fejn iseħħu, mhuma qatt aċċettabbli. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jintensifikaw l-isforzi kollha kontra din il-pjaga, f’kooperazzjoni mas-sħab.