Ittra ta’ stedina lill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE qabel il-laqgħa għas-60 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma

Kunsill Ewropew
  • 15/03/2017
  • 16:00
  • Stqarrija għall-istampa
  • 137/17
  • Affarijiet istituzzjonali
15/03/2017
Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 22815150
+32 476850543

Fil-25 ta' Marzu ser niċċelebraw is-60 anniversarju tal-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma. F’dak il-jum, aħna qbilna li niċċelebraw flimkien il-bidu ta’ vjaġġ twil fis-Sala Orazi u Curiazi fil-Campidoglio, l-istess post fejn ġew iffirmati t-Trattati fl-1957. Din ser tkun opportunità biex nirriflettu dwar l-istat tal-Unjoni Ewropea u l-futur tal-proċess ta’ integrazzjoni.

Il-kommemorazzjoni ser issir filgħodu u ser tkun sessjoni mal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u r-rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet.

L-ewwel nett, din ser tkun opportunità biex niċċelebraw l-istorja tagħna flimkien u nivvalutaw il-qagħda wara sittin sena ta’ integrazzjoni. Mhuwiex sigriet li l-mument storiku li qed niffaċċjaw jeħtieġ riflessjoni aktar profonda u aktar solida dwar l-isfidi għall-Unjoni fit-terminu qasir u f'dak medju: qed nirreferu għas-sigurtà interna u esterna (b'referenza partikolari għall-migrazzjoni), għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-iżvilupp soċjali. Wara s-sessjoni ta’ ċelebrazzjoni, beħsiebna nadottaw dikjarazzjoni politika li tirriaferma l-validità tal-proġett ta’ integrazzjoni Ewropea, u nistabbilixxu viżjoni konġunta għas-snin li ġejjin.

Ser noħorġu barra għal ritratt tal-grupp. Wara, il-mexxejja tal-Istituzzjonijiet ser ikollhom il-laqgħa tas-soltu mal-istampa.

Wara dan, ser nimxu lejn il-palazz tal-Quirinale għal ikla ta’ nofsinhar ospitata mill-President tar-Repubblika Taljana, is-Sur Mattarella. Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, ser ikollna l-opportunità li nisimgħuh jitkellem u ser ikollna skambju ta’ fehmiet dwar il-proċess li wieħed jittama li ser jissokta f’Ruma fil-25 ta’ Marzu.

Nistennew bil-ħerqa li niltaqgħu miegħek f’Ruma fil-25 ta’ Marzu.