Studjos tat-TV u tar-radju

Segretarjat Ġenerali

Biex jintervistaw lir-rappreżentanti tal-Kunsill, il-ġurnalisti jistgħu jibbukkjaw l-istudjos tat-TV u tar-radju u jużaw l-assistenza teknika mingħajr ħlas.

Biex tibbukkja studjo

ibgħatilna e-mail jew

ċemplilna fuq +32 499537642

Kif tibbukkja

Il-ġurnalisti jistgħu jibbukkjaw l-istudjos tat-TV u tar-radju sa ġurnata minn qabel.

Huma jistgħu jużaw pożizzjoni stand-up live fis-sala tal-entratura prinċipali tal-Kunsill.     

Fit-talba tagħhom għall-ibbukkjar għandhom jispeċifikaw il-faċilitajiet li għandhom bżonn.

Il-faċilitajiet kollha disponibbli huma mingħajr ħlas minbarra l-ibbukkjar tas-satellita u l-ispejjeż tal-linji (oriġini EBU: BECUE).

Il-ġurnalisti tat-TV jistgħu jużaw:

Numru IFB: +32 22801345

Numru ta' koordinament: +32 22817198

Studjo tat-TV

Id-daqs tal-istudjo huwa ta' 13 m² u jista' jospita sa mhux aktar minn 3 persuni.

Il-faċilitajiet jinkludu:

  • 3 kameras Grass Valley LDK-8000 HD immuntati fuq sistema robotika Vinten Radamec
  • Kamera waħda Grass Valley LDK-3000 HD
  • Kayak video mixer
  • Lawo audio mixer
  • Wincue prompter
  • Sistema tad-dawl kompluta
  • Cyclorama
  • Chromakey (għal kamera waħda biss)
  • Mikrofoni Wired Lavalier
  • Apparat tal-widnejn mingħajr fili

Huma disponibbli formati HD u SD (PAL - 16:9 biss).

Persunal operattiv

Fil-post ikun hemm operaturi tal-kameras u tad-dwal, inġiniera tal-awdjo u persunal speċjalizzat fil-make up sabiex jagħtu assistenza teknika lill-ġurnalisti.

Il-ġurnalisti tar-radju jistgħu jużaw:

konnessjoni ISDN (G722, MPEG Layer II u III): +32 22301343

Numru ta' koordinament: +32 22819853 

Studjo tar-radju

L-istudjo jista' jospita sa mhux aktar minn 4 persuni.

Il-faċilitajiet jinkludu:

  • 4 mikrofoni u 4 kuffji bil-volum li tista' tirregolah
  • Software Logic Pro għal editjar u mixing mhux lineari

Stand-ups

Stand-ups live jistgħu jsiru fil-mezzanin fis-sala tal-entratura prinċipali tal-Kunsill.  

Ikun meħtieġ l-ibbukkjar matul il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u laqgħat oħra ta' livell għoli.