Il-Kunsill Ewropew jikkonsisti mill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-istati membri tal-UE, flimkien mal-President tiegħu u l-President tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-UE.

Il-Kunsill tal-UE jirrappreżenta lill-gvernijiet tal-istati membri. Huwa magħruf ukoll b'mod informali bħala l-Kunsill tal-UE, dan hu fejn il-ministri nazzjonali minn kull pajjiż tal-UE jiltaqgħu biex jadottaw liġijiet u jikkoordinaw il-politika.

Taħt il-lenti

Pass eqreb lejn it-tmiem tat-tariffi tar-roaming

Fit-2 ta’ Diċembru l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar regoli ġodda għal swieq tar-roaming bl-ingrossa fl-UE. Din hija prekondizzjoni meħtieġa għat-tneħħija tat-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi fl-2017.

L-abbozz ta’ regolament jistabbilixxi limiti għall-ammont li l-operaturi jistgħu jiċċarġjaw lil xulxin għall-użu tan-netwerks tagħhom biex jipprovdu servizzi ta' roaming. Dawn il-limiti massimi jkopru telefonati bil-vuċi, messaġġi sms u l-użu ta’ data. It-tariffi massimi ser jiġu nnegozjati.

It-test maqbul huwa l-punt ta’ tluq għal negozjati mal-Parlament Ewropew biex tintlaħaq l-iskadenza tat-tmiem tar-roaming sa Ġunju 2017.