Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Affarijiet Ġenerali

Fil-laqgħat tiegħu dwar l-Affarijiet Ġenerali, il-Kunsill jittratta dossiers li jaffettwaw aktar minn linja ta' politika waħda tal-Unjoni, bħan-negozjati dwar it-tkabbir tal-UE, it-tħejjija tal-prospett baġitarju pluriennali jew kwistjonijiet istituzzjonali u amministrattivi.

 

Huwa jikkoordina t-tħejjija għal u s-segwitu għal laqgħat tal-Kunsill Ewropew.

 

Huwa jeżerċita wkoll rwol fil-koordinazzjoni tal-ħidma dwar oqsma ta' politika differenti mwettqa mill-konfigurazzjonijiet l-oħra tal-Kunsill, u jittratta kwalunkwe dossier fdat lilu mill-Kunsill Ewropew.

 

Arrow Stqarrijiet għall-Istampa Relatati