Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Ġustizzja u Affarijiet Interni (ĠAI)

JAI meeting - 24.03.10Il-qasam tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni (ĠAI) li jmiss mill-qrib il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej probabbilment jikkostitwixxi l-qasam politiku li fih it-Trattat ta' Lisbona kellu l-akbar impatt:

  • Prattikament il-qasam kollu tal-ĠAI huwa soġġett għall-Proċedura Leġislattiva Ordinarja (permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill) bl-eċċezzjoni tal-liġi tal-familja, tal-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija u xi ftit oqsma oħrajn (ara n-nota ta' informazzjoni).
  • Barra minn hekk, l-oqsma li qabel kienu jaqgħu taħt it-tielet pilastru, bħall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija, ser ikunu rregolati mill-istess tip ta' regoli bħal dawk tas-suq uniku. Għalhekk, il-miżuri adottati fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali f'dawn l-oqsma ser ikunu soġġetti għall-kontroll ġurisdizzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu.

L-istorja turi li ġejna mill-bogħod...

 

■ Kooperazzjoni informali u l-istabbiliment taż-żona Schengen

L-Istati Membri bdew jikkooperaw fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f'nofs is-snin sebgħin, fuq bażi informali, intergovernattiva, u barra mill-qafas tal-Komunità Ewropea. Fl-1985, il-Ġermanja, Franza u l-pajjiżi tal-Benelux ikkonkludew il-Ftehim ta' Schengen, li kien pass importanti fit-triq lejn il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Fis-snin ta' wara, Stati Membri oħrajn kif ukoll xi pajjiżi li ma kinux fl-UE ssieħbu mal-Ftehim ta' Schengen u mal-Konvenzjoni tiegħu ta' applikazzjoni.

Iż-żona Schengen attwalment tinkludi 26 pajjiż (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein).

L-objettiv ta' dan il-Ftehim kien l-implimentazzjoni ta' libertà reali ta' moviment tal-persuni bit-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni, filwaqt li ġew previsti miżuri ta' akkumpanjament fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, il-politika fil-qasam tal-viża kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali.
 

■ Lejn integrazzjoni akbar

Permezz tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ f'Novembru 1993, u li integra l-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fil-qafas istituzzjonali tiegħu, intlaħaq stadju ieħor, u b'hekk ingħatat dimensjoni ġdida lill-kostruzzjoni tal-Ewropa.

Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam f'Mejju 1999, l-Acquis ta' Schengen ġie integrat fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea. Wieħed mill-objettivi prinċipali tat-Trattat huwa li l-Unjoni tinżamm u tiġi żviluppata bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fi ħdanha l-moviment liberu ta’ persuni jkun assigurat, flimkien ma' miżuri adatti fir-rigward tal-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, l-asil, kif ukoll l-immigrazzjoni u l-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu. Dan it-Trattat stabbilixxa wkoll il-possibbiltà li jiġu adottati miżuri fir-rigward tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili permezz ta' maġġoranza kwalifikata, b'kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew, għajr għal miżuri fir-rigward tal-liġi tal-familja fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kunsill b'mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Mit-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill jaġixxi wkoll b'maġġoranza kwalifikata b'kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, fil-maġġoranza tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi kriminali.

Id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri
Il-laqgħat tal-Kunsill jitħejjew minn gruppi ta' ħidma u minn kumitati


■ L-Eċċezzjonijiet

Ta' min jinnota li d-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri koperti mill-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin, jew il-parteċipazzjoni tagħhom hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet.

B'mod partikolari, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Schengen li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-persuni, il-kontrolli fil-fruntieri esterni u l-politika fil-qasam tal-viża. Għalhekk, ir-rappreżentanti ta' dawn l-Istati ma jivvotawx dwar dawn il-kwistjonijiet fil-Kunsill.


■ L-Istrutturi ta' ħidma u korpi speċjalizzati

Il-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni (ĠAI) ilaqqa' flimkien il-Ministri tal-Ġustizzja u tal-Intern kull tliet xhur, il-Ministri tal-Ġustizzja u l-Ministri tal-Intern bil-ħsieb li jiġu diskussi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni u tal-linji ta' politika f'dan il-qasam.

Il-Kunsill b'hekk iwettaq il-funzjoni tiegħu ta' koleġislatur tal-UE, billi jadotta minn issa 'l quddiem direttivi u regolamenti fil-kamp kollu tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Il-laqgħat tal-Kunsill jitħejjew minn gruppi ta' ħidma u kumitati, prinċipalment mill-CATS (kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija), il-Kumitat Strateġiku dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, il-COSI (Kumitat dwar is-Sigurtà Interna) li nħolqu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u l-Grupp ta' Ħidma dwar Materji ta' Dritt Ċivili.

Il-linji ta' politika li jirrigwardaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jiġu implimentati mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE.
Dawn tal-aħħar jappoġġaw fuq korpi speċjalizzati, partikolarment: