Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Kooperazzjoni ġudizzjarja

L-iffaċilitar tal-ħajja taċ-ċittadini: Ewropa ta' liġi u ġustizzja

 

Eurojust

L-istabbiliment tal-Eurojust fl-2002 jindika ż-żieda fir-ritmu tal-proċess ta' kooperazzjoni ġudizzjarja deċiża waqt il-Kunsill Ewropew ta' Tampere fl-1999. Il-mandat ta' arrest Ewropew, ħoloq ukoll fl-2002 permezz ta' deċiżjoni qafas tal-Kunsill, jikkostittwixxi avvanz importanti fil-kostituzzjoni ta' għodda Ewropej għal kooperazzjoni effettiva. Il-Programm ta' Stokkolma jiżviluppa aktar dawn il-kisbiet:

 

■ Segwitu tal-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku

 

Fil-qasam ta' materji kriminali, sistema komprensivaser tieħu post l-istrumenti kollha għall-ġbir tal-provi, billi tkopri t-tipi kollha ta' elementi ta' prova u li jkun fiha skadenzi għall-infurzar u tillimita r-raġunijiet għar-rifjut.

It-Trattat ta' Lisbona jippermetti wkolll-istabbiliment tal-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust.
Ir-rikonoxximent reċiproku ser jiġi estiż.

Fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust toffri opportunità għal żvilupp tal-Eurojust fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari fir-rigward tal-bidu ta' investigazzjonijiet u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' kompetenza. It-Trattat ta' Lisbona jippermetti wkoll l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust.

F'materji ċivili l-proċess ta' eliminazzjoni tal-miżuri intermedji (l-exequatur) tkompli matul il-perijodu kopert mill-Programm ta' Stokkolma. Dan il-proċess ser ikun akkumpanjat minn serje ta' garanziji li jinkludu dawk relatati mal-liġi proċedurali, kif ukoll, jekk ikun il-każ, ta' regoli tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli f'oqsma importanti tal-ħajja taċ-ċittadin, bħal pereżempju fil-qasam tad-divorzju.Ir-rikonoxximent reċiproku  qed jiġi estiż ukoll għal oqsma oħra essenzjali bħas-suċċessjoni u t-testmenti, id-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi marbuta mal-proprjetà f'separazzjoni ta' koppji, filwaqt li jitqiesu l-elementi speċifiċi  tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

 

■ Tisħiħ tal-fiduċja reċiproka

L-Unjoni tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri għat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom billi tinkoraġġixxi l-iskambji tal-aħjar prattika u l-iżvilupp ta' proġetti innovattivi fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-ġustizzja. Dan iseħħ prinċipalment permezz tat-taħriġ u l-iżvilupp ta' netwerks tal-ogħla uffiċċjali u maġistrati.

 

■ L-iżvilupp ta' bażi ta' regoli komuni

Fil-liġi kriminali, ir-reati partikolarment gravi li għandhom dimensjoni transkonfinali ser ikunu soġġetti għal definizzjonijiet komuni u għal livelli minimi komuni ta' pieni massimi. Il-prijorità tingħata lill-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar ta' bnedmin, it-traffikar illeċitu ta' drogi, l-isfruttament sesswali tan-nisa u tat-tfal u l-pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità.

Fil-liġi ċivili, l-eliminazzjoni tal-exequatur ser tkun akkumpanjata minn serje ta' garanziji, partikolarment fir-rigward tas-sentenzi b'kontumaċja. Jista' jirrigwarda miżuri li jirrelataw prinċipalment mal-liġi proċedurali kif ukoll mar-regoli dwar il-konflitt ta' liġijiet (pereżempju, it-tifsira u n-notifika tal-atti, jew id-dritt ta' kontestazzjoni kontra deċiżjoni li trid tiġi rikonoxxuta).

 

■ It-teknoloġiji ġodda għas-servizz taċ-ċittadin u tal-ġustizzja

Il-portal tal-ġustizzja elettronika Ewropea ser ikun punt ta' dħul uniku.

Il-portal tal-ġustizzja elettronika  Ewropea ser ikun punt ta' dħul uniku li jippermetti liċ-ċittadini, kif ukoll lill-professjonisti legali, jakkwistaw informazzjoni utli u ċerti funzjonalitajiet fil-qasam. Dan ser jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadin għall-ġustizzja u ser ikun ukoll ta' appoġġ għall-attività ekonomika. Ir-rikors għall-vidjokonferenzi huwa inkoraġġit, pereżempju biex il-vittmi jiffrankaw l-ispostamenti li xi kultant ikunu diffiċli. F’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, xi reġistri nazzjonali ser ikunu interkonnessi progressivament (pereżempju: ir-reġistri tal-insolvenza). Ċerti proċeduri Ewropej jew nazzjonali transkonfinali (pereżempju: l-ordni ta' ħlas Ewropea) jistgħu jsiru online. Is-sistema tal-ġustizzja elettronika ser tkun amministrata b'mod deċentralizzat, waqt li tibbenefika minn ċerta koordinazzjoni fil-livell Ewropew.

 

 

■ It-tisħiħ tal-preżenza internazzjonali tal-Unjoni

Fid-dritt ċivili, l-Unjoni Ewropea, bis-saħħa tal-istatus tagħha bħala membru tal-Konferenza tal-Aja dwar il-liġi internazzjonali privata, hija impenjata bis-sħiħ sabiex il-konvenzjonijiet jiġu ratifikati mill-akbar għadd ta' Stati possibbli. Fid-dritt kriminali, l-Unjoni tippromwovi b'mod attiv l-adeżjoni tal-akbar għadd possibbli ta' pajjiżi sħab mal-Konvenzjonijiet l-aktar rilevanti u toffri l-assistenza possibbli kollha lil Stati oħrajn bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tajba ta' dawn l-istrumenti.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw il-koerenza bejn id-dritt tal-Unjoni u d-dritt legali internazzjonali. B'mod partikolari għandha tiġi żgurata l-akbar sinerġija possibbli mal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa.