Drittijiet taċ-ċittadini
Promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini: Ewropa tad-drittijiet
Mit-Trattat ta' Maastricht, iċ-ċittadinanza Ewropea tagħto drittijiet supplimentari liċ-ċittadini tal-Istati Membri, fosthom id-drittijiet tal-moviment u r-residenza libera, id-dritt tal-vot u li wieħed ikun kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-aċċess għall-protezzjoni diplomatika minn Stat Membru ieħor barra mill-UE, id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament u lill-Ombudsman Ewropew. Il-Programm ta' Stokkolma jimmira li japprofondixxi din iċ-ċittadinanza:
■ Ewropa bbażata fuq id-drittijiet fundamentali
L-Unjoni ser taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan ser isaħħaħ l-obbligu tal-Unjoni li tippromwovi b'mod attiv id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fl-oqsma ta' azzjoni kollha tagħha.
■ It-tħaddim sħiħ tad-dritt tal-moviment liberu
Dment li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, l-UE ser tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri li ddikjaraw li huma lesti li jissieħbu fiż-żona Schengen. In-netwerk SIRENE għandu rwol prinċipali fl-amministrazzjoni taż-żona Schengen.
Għandha tingħata attenzjoni speċifika b'mod partikolari lit-tfal li huma vittmi ta' sfruttament u abbuż ta' natura sesswali kif ukoll lit-tfal li huma vittmi ta' traffikar u minuri mhux akkumpanjati.
Il-vittmi tat-terroriżmu wkoll jeħtieġu attenzjoni speċifika.
Rikonċiljazzjoni bejn iż-żieda fl-iskambju ta' data personali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħajja privata.
Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jkunu f'pajjiż terz fejn l-Istat Membru tagħhom ma jkunx rappreżentat għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi tal-Istati Membri l-oħra kollha.
■ Ngħixu flimkien fi spazju li jirrispetta d-diversità u li jipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli
Fil-kuntest tal-politika dwar l-immigrazzjoni tal-Unjoni, jeħtieġ tingħata attenzjoni speċifika b'mod partikolari lit-tfal li huma vittmi ta' sfruttament u abbuż ta' natura sesswali kif ukoll lit-tfal li huma vittmi ta' traffikar u minuri mhux akkumpanjati. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jingħaqdu fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà tal-gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari l-komunità Rom, billi jippromwovu l-inklużjoni tagħhom fis-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol u billi jaħdmu kontra l-vjolenza mmirata lejhom. Fl-aħħar nett, il-persuni l-aktar vulnerabbli li jinsabu fi Stat Membru li ma jkunux ċittadini tiegħu u lanqas residenti fih, jeħtieġu għajnuna u protezzjoni legali speċifiċi. Il-vittmi tat-terroriżmu wkoll jeħtieġu attenzjoni speċifika. (ara: Ġlieda kontra t-terroriżmu)
■ Id-drittijiet tal-individwu fi proċedimenti kriminali
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali hija valur fundamentali tal-Unjoni, essenzjali sabiex tinżamm fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u fiduċja mill-pubbliku fl-Unjoni. F'dan il-kuntest il-Kunsill adotta pjan direzzjonali biex jissaħħu d-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali..
■ Il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini fis-soċjetà tal-informazzjoni
L-Unjoni qed tiffaċċja kompitu iebes: ir-rikonċiljazzjoni bejn iż-żieda fl-iskambju ta' data personali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħajja privata. L-UE ser issaħħaħ l-istrateġija komprensiva tagħha biex tipproteġi d-data fi ħdanha u fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi. Huwa b'dan il-mod li direttiva komprensiva ser tinkludi b'mod partikolari l-elementi essenzjali li jinħtieġu jitniżżlu fil-ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data ma' pajjiżi terzi għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, abbażi ta' livell għoli ta' protezzjoni tad-data.
■ Il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni
L-inizjattiva taċ-ċittadini tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 11 tat-TUE ser tistabbilixxi mekkaniżmu ġdid għall-parteċipazzjoni ċivika. F'dan l-ispirtu qed tiġi studjata l-organizzazzjoni ta' jum ta' votazzjoni komuni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
■ Benefiċċju minn protezzjoni fl-Istati terzi
Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jkunu f'pajjiż terz fejn l-Istat Membru tagħhom ma jkunx rappreżentat għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi tal-Istati Membri l-oħra kollha. Ser jittieħed kon tal-miżuri adatti bil-ħsieb li tiġi implimentata l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari.