Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Il-politiki

Agrikoltura u sajd

Il-Kunsill Agrikoltura u Sajd jadotta leġislazzjoni f'għadd ta' oqsma relatati mal-produzzjoni tal-ikel, l-iżvilupp rurali u l-ġestjoni tas-sajd.

Kompetittività

Il-Kunsill Kompetittività għandu l-għan li jagħti spinta lill-kompetittività u t-tkabbir tal-UE. Meta jagħmel dan, huwa jkopri oqsma ta’ politika differenti bħas-suq intern, l-industrija, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-ispazju. 

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, is-swieq finanzjarji u l-movimenti tal-kapital u l-kwistjonijiet ta’ tassazzjoni. Huwa jħejji l-baġit annwali tal-UE, jittratta r-relazzjonijiet ekonomiċi ma’ pajjiżi barra l-UE u jieħu ħsieb l-aspetti legali u prattiċi tal-munita unika, l-ewro.

Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport jappoġġa, jikkoordina u jissupplimenta l-ħidma tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma.

Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Il-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur jappoġġa l-pajjiżi tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jgħollu l-livelli tal-impjiegi. Huwa jadotta leġislazzjoni bl-għan li jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ambjent

Il-Kunsill Ambjent huwa responsabbli għall-politika tal-UE dwar l-ambjent, inkluż il-protezzjoni ambjentali, l-użu prudenti tar-riżorsi u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Huwa jittratta wkoll kwistjonijiet ambjentali internazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Affarijiet barranin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin (KAB) huwa responsabbli għall-azzjoni esterna tal-UE, li tkopri mill-politika barranija u d-difiża sal-kummerċ, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Affarijiet ġenerali

Fis-sessjonijiet tiegħu dwar l-Affarijiet Ġenerali, il-Kunsill jittratta dossiers li jaffettwaw diversi politiki tal-Unjoni, bħalma huma n-negozjati dwar it-tkabbir tal-UE, it-tħejjija tal-perspettiva baġitarja pluriennali tal-Unjoni jew kwistjonijiet istituzzjonali u amministrattivi.

Ġustizzja u Affarijiet Interni

Il-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni jadotta leġislazzjoni f’diversi kwistjonijiet transkonfinali, inklużi l-moviment liberu tal-persuni, il-politiki dwar l-asil u l-immigrazzjoni, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.

Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Il-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija jaħdem lejn it-twettiq tal-objettivi tal-UE f’dawn it-tliet oqsma. Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ swieq u infrastruttura moderni, kompetittivi u effiċjenti, u l-ħolqien ta' netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?