Żjara fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

Huwa possibbli żżur s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill?

Għal gruppi ta' 15-il persuna jew aktar, nistgħu norganizzaw żjara ta' informazzjoni fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Matul iż-żjara tiegħek, wieħed mill-uffiċjali ser ikellmek dwar il-funzjonijiet u l-ħidma tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE. Tista' ssib aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt fuq Żjarat ta' Informazzjoni.