Traineeships imħallsa
Applika issa
Il-perjodu ta' applikazzjoni huwa miftuħ minn:
- 12:00 CET, 31 ta' Awwissu 2020, sa
- 12:00 CET, 28 ta' Settembru 2020
Għal:
- traineeships imħallas
- traineeships obbligatorji mingħajr ħlas
- il-programm ta' azzjoni pożittiva għal trainees b'diżabbiltà (bi ħlas)
Ċaħda ta' responsabbiltà rigward il-COVID-19: bħalissa l-organizzazzjoni tat-traineeships hija affettwata mill-pandemija tal-COVID-19. Għal aktar informazzjoni ara hawn taħt.
Daqqa t'għajn
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) joffri madwar 100 traineeship imħallsa kull sena lil ċittadini tal-UE li, sad-data ta' meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu lestew tal-inqas l-ewwel parti tal-istudji universitarji tagħhom u jkollhom ċertifikat ta' lawrja jew ekwivalenti.
It-traineeships jinqasmu f'żewġ perjodi differenti ta' 5 xhur kull wieħed:
- mill-1 ta' Frar sat-30 ta' Ġunju (l-ewwel perjodu)
- mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Jannar (it-tieni perjodu)
Hemm tipi oħra ta' traineeships fil-Kunsill, tista' tagħżel traineeship li jinteressak:
- Traineeships obbligatorji mingħajr ħlas
- Traineeships għal studenti ta' skejjel nazzjonali tal-amministrazzjoni
- Programm ta' azzjoni pożittiva għal trainees b'diżabbiltà
Applikazzjoni
L-applikazzjonijiet huma miftuħa għal perjodu limitat, jekk jogħġbok ara l-kaxxa Applika issa fin-naħa ta' fuq tal-paġna. Biex tapplika trid tuża' s-sistema online. M'hemmx bżonn tibgħat dokumenti ta' prova meta tagħmel l-applikazzjoni tiegħek online. Jekk noffrulek traineeship, għandek tipprovdihom f'dak l-istadju.
Il-Kunsill jirċievi għadd kbir ta' applikazzjonijiet. Biex is-sistema ma titgħabbiex iżżejjed, jekk jogħġbok tistenniex sal-aħħar jum biex tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.
Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż. Sabiex tapplika jrid ikollok għarfien tajjeb ħafna ta' waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.
L-indirizz fil-profil tiegħek
Jekk jogħġbok ħu ħsieb li taġġorna l-profil tiegħek jekk l-indirizz tiegħek jinbidel. Dan l-indirizz ser jintuża kemm fl-offerta ta' traineeship kif ukoll għall-ipproċessar amministrattiv tal-fajl tiegħek, u ser jitqies bħala l-post fejn tkun ġejt reklutat.
L-emails mill-uffiċċju tat-traineeships jew "Traineeship" spiss jispiċċaw fil-folder tal-ispam, jekk jogħġbok iċċekkjah regolarment għal messaġġi li jidħlu mit-"Traineeship".
X'għandek bżonn jekk tintgħażel?
- kopja leġġibbli tal-passaport jew il-karta tal-identità tiegħek
- kopja tad-diplomi jew iċ-ċertifikati uffiċjali tiegħek
- fejn meħtieġ, prova tal-esperjenza professjonali tiegħek
- prova jew dikjarazzjoni sostanzjata tal-għarfien tiegħek tal-lingwi indikati fil-formola tal-applikazzjoni
Proċedura tal-għażla
Il-kandidati magħżulin għall-ewwel perjodu ser jiġu kkuntattjati sa Diċembru, il-kandidati magħżulin għat-tieni perjodu ser jiġu kkuntattjati sa Ġunju.
Kandidati li jintgħażlu
Jekk tintgħażel, tirċievi offerta bl-email li tindika l-perjodu tat-traineeship tiegħek u d-dipartiment fejn tkun ser taħdem. Ser tintalab tipprovdi ċerti dokumenti permezz tal-email biex tagħti prova tal-informazzjoni fil-formola tal-applikazzjoni.
Ma tiġix aċċettat(a) jekk ma tipprovdix il-fajl komplut. Tkun trid tagħti prova tal-informazzjoni kollha fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek (edukazzjoni, esperjenza professjonali, għarfien tal-lingwi). Għalhekk fil-formola tal-applikazzjoni għandek tinkludi biss informazzjoni li għaliha għandek dokumenti ta' prova.
Wara verifika tad-dokumenti ta' prova, l-uffiċċju tat-traineeships jibgħatlek ftehim ta' traineeship għall-iffirmar.
Kandidati li ma jintgħażlux
Is-SĠK jirċievi ħafna applikazzjonijiet kull sena għat-traineeships bi ħlas. Sfortunatament, hemm biss 100 post disponibbli.
Kandidati li ma jintgħażlux jiġu infurmati bl-email sal-aħħar ta' Diċembru (għat-traineeships li jibdew fi Frar) u sal-aħħar ta' Ġunju (għat-traineeships li jibdew f'Settembru).
Jekk tkun interessat fi traineeship futur fis-SĠK u għadek tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni tista' tapplika mill-ġdid għall-perjodu ta' traineeship li jmiss.
Kuntatt
Għal aktar tagħrif tista' tikkuntattja lill-uffiċċju tat-traineeships:
- Ibgħat email
- Tel: +32 22813677
Informazzjoni importanti għall-kandidati li japplikaw għal traineeship dwar l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq l-applikazzjoni tagħhom u t-twettiq tat-traineeship
L-organizzazzjoni tat-traineeships hija attwalment affettwata mill-pandemija tal-COVID-19. Minħabba l-inċertezza dwar kif ser tevolvi s-sitwazzjoni, ma nistgħux niggarantixxu li t-traineeships isiru kif ippjanat. L-arranġamenti ta' ħidma stabbiliti mis-SĠK jiddependu wkoll mill-miżuri meħuda mill-gvern federali Belġjan.
L-Uffiċċju tat-Traineeships huwa ħerqan biex jiżgura li l-esperjenza ta' traineeship tkun ta' benefiċċju kemm għat-trainees kif ukoll għas-SĠK. Peress li s-SĠK ma jistax jiggarantixxi minn qabel li l-kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar u tax-xogħol ser ikunu tali li jagħmlu possibbli esperjenza reali ta' traineeship, jistgħu jsiru bidliet fil-proċedura tal-għażla u l-perjodi ta' traineeships. Il-kandidati jiġu infurmati bi kwalunkwe bidliet ta' dan it-tip fiż-żmien dovut.