Ara l-kontenut
Abbonament bl-email

Ippermettuli nibda b’kumment qasir dwar id-diskussjoni produttiva tagħna lbieraħ filgħaxija dwar il-Balkani tal-Punent. Huwa ċar għal kulħadd li hemm forzi interni u esterni, li qed jippruvaw jiddestabilizzaw ir-reġjun. Aħna m’aħniex inġenwi. Minħabba f'hekk, il-mexxejja affermaw mill-ġdid l-appoġġ inekwivoku tagħhom għall-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent, u l-perspettiva Ewropea tagħhom. Esprimejna wkoll l-impenn sħiħ tagħna li nappoġġaw ir-riformi u l-proġetti orjentati lejn l-UE. Nittama li dan is-sinjal pożittiv mill-UE jingħata widen għalih fir-reġjun.

Bħalma tafu, iltqajna llum b'mod informali bħala 27 qabel is-60 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Kellna diskussjoni onesta u kostruttiva dwar il-futur komuni tagħna, li ffoka fuq x’għandhom ikunu l-elementi prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma.

Jidher ċar mid-dibattitu li l-għaqda tas-27 ser tkun l-aktar kwalità prezzjuża tagħna. L-aħħar laqgħa tagħna f’Malta, l-opinjonijiet sussegwenti espressi minn xi Stati Membri kif ukoll il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea ma jħallulna ebda dubju li l-idea ta' Ewropa b'veloċitajiet differenti ser tkun waħda mid-diskussjonijiet qabel l-anniversarju ta' Ruma. Nifhem ir-raġunijiet għal dan. Xi wħud jistennew bidliet sistemiċi li jillaxkaw ir-rabtiet intra-UE u jsaħħu r-rwol tan-nazzjonijiet b'rabta mal-komunità. Oħrajn, għall-kuntrarju, qed ifittxu dimensjonijiet ġodda u aktar approfonditi ta' integrazzjoni, anki jekk dawn japplikaw biss għal xi Stati Membri. Din il-possibbiltà hija tabilħaqq prevista fit-Trattati fis-seħħ bħalissa. Madankollu, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-komunità ta' 27 pajjiż fil-kuntest tan-negozjati li ġejjin tal-Brexit kif ukoll l-interessi strateġiċi fit-tul tal-UE, ser inkun qed inħeġġeġ lil kulħadd biex jistinka sabiex tinżamm l-għaqda politika fost is-27. Minħabba f'hekk, meta nkunu qed niddiskutu x-xenarji diversi għall-Ewropa, l-objettiv ewlieni tagħna għandu jkun li nsaħħu l-fiduċja reċiproka u l-għaqda fost is-27. Wara d-dibattitu tal-lum, nista' ngħid b’mod miftuħ li s-27 mexxej kollha jaqblu ma' dan l-objettiv. Kienet diskussjoni ottimista dwar il-futur komuni tagħna, b'approċċ pożittiv min-naħat kollha, mingħajr eċċezzjoni.

Kuntatti għall-istampa

Preben Aamann
Kelliem għall-President tal-Kunsill Ewropew
+32 2 281 51 50
+32 476 85 05 43