• Kunsill tal-UE
  • Stqarrija għall-istampa
  • 23 ta' Jannar 2019
  • 23:13

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela

Fit-23 ta' Jannar, il-poplu tal-Venezwela appella bi ħġaru għad-demokrazija u għall-possibbiltà li jiddeċiedi d-destin tiegħu b'mod ħieles. Dawn it-talbiet ma jistgħux jiġu injorati.

L-UE qed tappella bil-qawwa għall-bidu ta' proċess politiku immedjat li jwassal għal elezzjonijiet ħielsa u kredibbli, f'konformità mal-ordni Kostituzzjonali.

L-UE tappoġġa bis-sħiħ l-assemblea nazzjonali bħala l-istituzzjoni eletta b'mod demokratiku li s-setgħat tagħha jeħtieġ li jingħatawlha lura u jiġu rispettati.

Id-drittijiet ċivili, il-libertà u s-sigurtà tal-membri kollha tal-Assemblea Nazzjonali, inkluż il-President tagħha, Juan Guaidó, jeħtieġ li jiġu osservati u rispettati bis-sħiħ.

Il-vjolenza u l-użu eċċessiv tal-forza mill-forzi tas-sigurtà huma kompletament inaċċettabbli, u żgur mhux ser isolvu l-kriżi. Il-poplu Venezwelan għandu dritt jagħmel dimostrazzjonijiet paċifiċi, jagħżel il-mexxejja tiegħu fil-libertà u jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu.

L-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha jibqgħu lesti biex jappoġġaw ir-ritorn tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz ta' proċess politiku paċifiku u kredibbli li jkun konformi mal-kostituzzjoni Venezwelana.

Il-Pajjiżi Kandidati l-Maċedonja ta' Fuq*, il-Montenegro* u l-Albanija*, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda u l-Liechtenstein, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

*Il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Kuntatti għall-istampa

Maja Kocijančič
Kelliem tas-SEAE
+32 2 298 65 70
+32 498 98 44 25

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.