• Kunsill tal-UE
  • Stqarrija għall-istampa
  • 10 ta' Diċembru 2019
  • 12:25

Ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet

Illum il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ekonomiji li jiffavorixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE, li għandhom jikkontribixxu għall-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tal-Kummissjoni l-ġdida. Il-konklużjonijiet, li ġew abbozzati fi ħdan il-qafas tar-rieżami annwali tal-implimentazzjoni tal-aġenda tan-NU għall-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa mill-UE u l-istati membri tagħha (Dikjarazzjoni ta' Beijing u Pjattaforma għall-Azzjoni, adottati fl-1995), jirrikonoxxu l-progress miksub mill-UE f'ċerti oqsma, bħall-adozzjoni tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, is-sehem akbar tan-nisa fuq il-bordijiet ta' kumpaniji kbar u l-għadd iżgħar ta' nisa u rġiel fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali. Fl-istess ħin, il-konklużjonijiet jappellaw lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu aktar l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità politika u permezz ta' miżuri konkreti.

Kuntatti għall-istampa

Assen Indjiev
Uffiċjal tal-istampa
+32 2 281 68 14
+32 470 46 17 15

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.