- Stqarrija għall-istampa
- 12 ta' April 2021
- 14:55
L-Iran: Il-Kunsill jirrevedi r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem
Illum il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-miżuri restrittivi tiegħu sat-13 ta' April 2022 b'reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Dawn il-miżuri jikkonsistu fi projbizzjoni vjaġġar u ffriżar tal-assi, u projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet lejn l-Iran ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u ta' tagħmir għall-monitoraġġ tat-telekomunikazzjoni. Barra minn hekk, ċittadini u kumpaniji tal-UE huma pprojbiti milli jqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati.
Dawn il-miżuri l-ewwel li ddaħħlu fis-seħħ kien fl-2011 u minn dakinhar ġew estiżi kull sena.
Illum il-Kunsill żied ukoll tmien persuni u tliet entitajiet ma' din il-lista ta' sanzjonijiet minħabba r-rwol tagħhom fir-rispons vjolenti għad-dimostrazzjonijiet ta' Novembru 2019 fl-Iran. Il-lista issa tinkludi total ta' 89 individwu u erba' entitajiet.
Kuntatti għall-istampa
- Maria Daniela Lenzu
- +32 2 281 21 46
- +32 470 88 04 02
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.