Yooki
u l-Unjoni tal-Foresta
—
Mhux l-ewwel darba li jinqala’ argument fil-foresta. Yooki, il-mexxej żagħżugħ tal-imsiebaħ il-lejl, jistenbaħ maħsud bl-għajjat.
“Itlaqli ’l barra minn dari!” twerżaq Lilù l-ħanex.
“L-ewwel roddli lura l-ġamm li ħadtli,” tirrispondi Frida s-salamandra. “Fejn ħbejtu?”
“Ajma l-antenni!” jokrob Yooki.
Yooki twieled b’antenni speċjali. Il-ħsejjes sbieħ jagħtuhom gost, iżda l-għajjat iġegħilhom jitgħawġu bl-uġigħ.
F’daqqa waħda, Yooki jisma’ ħoss kbir: “BUUUUUUUUMMMM!”
Jaqbeż mis-sodda.
“Issa daqshekk! Se mmur ngħidilhom li ma nistgħux inkomplu sejrin hekk!”
Mhux l-ewwel darba li jinqala’ argument fil-foresta. Yooki, il-mexxej żagħżugħ tal-imsiebaħ il-lejl, jistenbaħ maħsud bl-għajjat.
“Itlaqli ’l barra minn dari!” werżqet Lilù l-ħanex.
“L-ewwel roddli lura l-ġamm li ħadtli,” tirrispondi Frida s-salamandra. “Fejn ħbejtu?”
“Ajma l-antenni!” jokrob Yooki.
Yooki twieled b’antenni speċjali. Il-ħsejjes sbieħ jagħtuhom gost, iżda l-għajjat iġegħilhom jitgħawġu bl-uġigħ.
F’daqqa waħda, Yooki jisma’ ħoss kbir: “BUUUUUUUUMMMM!”
Jaqbeż mis-sodda.
“Issa daqshekk! Se mmur ngħidilhom li ma nistgħux inkomplu sejrin hekk!”
“FRIDA, IL-KANTINA TAL-ĦLEWWIET GĦAMILTHIELI DAĦNA!” għajtet Lilù, il-mexxejja tal-ħniex.
“Il-ġamm li kelli għeb, fittixtu kullimkien,” twieġeb Frida, il-mexxejja tas-salamandri. “Jiddispjaċini li sfrondajtlek is-saqaf meta ħaffirt fil-ħamrija!”
Titfixkel fuq gallettina daqs dinja u taqa’ għal tulha fuq Lilù.
“AJMA! Qed tifgani!” tgħid b’nifisha maqtugħ Lilù. “Il-ġamm ma ħadtulekx jien. Issa itlaq ’l hemm, din l-art hija TIEGĦI!”
“Mmm,” jgħid Yooki, minn taħt l-ilsien, “tistgħu tikkalmaw ftit, jekk jogħġobkom?”
Jipprova jidħol bejniethom, iżda ġewnaħ jimbuttah laġenba. Huwa Milos, il-mexxej tat-tektieka s-siġar.
“L-art TIEGĦEK?!” jaħtafha Milos. “X’taħsbek li int, Lilù? Ir-reġina tal-foresta?”
L-antenni ta’ Yooki jibdew juġgħuh.
“Xebbajtuni targumentaw! Se ndabbar rasi ’l hemm!”
Il-musbieħ il-lejl jitlaq jittajjar b’qalbu sewda, u jħalli l-għajjat warajh.

L-għolja hija l-aktar post kwiet u kalm fil-foresta. Hemmhekk tgħix Arber, il-balluta x-xiħa.
“Xi ġralek, ċkejken Yooki?” tistaqsih, hekk kif tqum min-nagħsa ta’ waranofsinhar.
“Ooo — jiddispjaċini li qajjimtek, Arber. Kont qed infittex xi mkien għall-kwiet. Il-mexxejja l-oħra reġgħu qed jargumentaw. L-antenni bdew juġgħuni, u għalhekk tlaqt!”
“Jeħtieġ li tkellimhom, Yooki. Ma tistax taqbad u taqta’ qalbek mal-ewwel sinjal ta’ inkwiet.”
“Imma lili ħadd ma jagħti kasi! Inħossni żgħir wisq. Il-mexxejja l-oħra jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li naħseb jien.”
“Ejja ħa ngħidlek storja,” tgħidlu mbagħad s-siġra x-xiħa.
L-għolja hija l-aktar post kwiet u kalm fil-foresta. Hemmhekk tgħix Arber, il-balluta x-xiħa.
“Xi ġralek, ċkejken Yooki?” tistaqsih, hekk kif qamet min-nagħsa ta’ waranofsinhar.
“Ooo — jiddispjaċini li qajjimtek, Arber. Kont qed infittex xi mkien għall-kwiet. Il-mexxejja l-oħra reġgħu qed jargumentaw. L-antenni bdew juġgħuni, u għalhekk tlaqt!”
“Jeħtieġ li tkellimhom, Yooki. Ma tistax taqbad u taqta’ qalbek mal-ewwel sinjal ta’ inkwiet.”
“Imma lili ħadd ma jagħti kasi! Inħossni żgħir wisq. Il-mexxejja l-oħra jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li naħseb jien.”
“Ejja ħa ngħidlek storja,” tgħidlu mbagħad s-siġra x-xiħa.
“Ħafna żmien ilu, l-annimali tal-foresta kienu jiġġieldu l-ħin kollu...”
“Jiġifieri anke n-nanniet ta’ Lilù, ta’ Milos u ta’ Frida kienu jargumentaw?” jistaqsiha Yooki.
“Agħar minn hekk. Bdew jillitikaw, imma peress li ma rnexxilhomx jiftiehmu, faqqgħet gwerra. Spiċċaw qerdu parti kbira mill-foresta.”
Yooki jħares lejn Arber, għajnejh miftuħin beraħ.
“Waqt li l-foresta kienet qed tinqered bil-gwerra,” tkompli Arber, “faqqgħet maltempata kbira, u tfaċċat struttura tal-ħġieġ, enormi u kollha dija. Kienet il-Lanterna.”
“Il-Lanterna?!” jistagħġeb Yooki, wiċċu jixgħel. “Teżisti tassew?”
“Dażgur! Jingħad li meta l-mexxejja daħlu fil-Lanterna, sabu l-kuraġġ li jiddiskutu bil-kalma — u b’hekk setgħu jerġgħu jiksbu l-paċi.”

“Ara, anke jekk ma taqblux, tridu titgħallmu tisimgħu lil xulxin!” tkompli tgħid Arber.
“Naf,” jgħid Yooki, “iżda altru tgħidha u altru tagħmilha.”
“Tridu tippruvaw,” tinsisti Arber. “Wasal iż-żmien li l-mexxejja jerġgħu jiltaqgħu — biex saħansitra jagħmlu aktar minn qabel. Ili ħafna noħlom li l-annimali tal-foresta jingħaqdu sabiex qatt ma jkun hawn gwerra oħra, u…”
Arber ma tilħaqx tlesti hekk kif jibda jinstema’ l-għajjat fil-bogħod.
“Ajma, l-antenni!” jgħid Yooki rrabjat. “Anke minn hawnhekk qed nismagħhom jiġġieldu! Se jkollhom isibu tarf mingħajri.”
“Erġa’ mur ħdejhom, ċkejken,” tgħidlu Arber. “Billi taħrab ’l hemm, m’inti se ssolvi xejn.”
Minkejja li beda jidlam, Yooki ma jistax isib il-kuraġġ biex imur lura d-dar.
Wara xi ħin jittajjar fil-vojt, Yooki jinżel jistkenn fuq zokk f’wiċċ l-ilma tal-għadira l-kbira. Qed jirtogħod.
Dan il-pajsaġġ ifakkru fil-pikniks li għamel ma’ Frida f’tarf ix-xatt, u fl-akrobaziji fl-arja ma’ Milos waqt li Lilù ċċapċpilhom u tħeġġiġhom b’entużjażmu.
Tinżel demgħa ma’ ħaddu. Il-ħsieb li daqshekk ra lil sħabu jilagħbu flimkien isewwidlu qalbu.
F’daqqa waħda, jara merżuq rifless fl-għadira.
“Tgħid?... Tgħid il-Lanterna?” jistaqsi bejnu u bejn ruħu.
B’kuraġġ ta’ ljun, Yooki jibda jimxi lejn id-dawl.

Skrollja 'l isfel biex iddawwal il-Lanterna
“Illaħwa!
Qatt ma rajt xi ħaġa daqshekk sabiħa!” jistagħġeb Yooki, hekk kif jara l-Lanterna tpetpet fid-dlam.
Skrollja 'l isfel biex iddawwal il-Lanterna
“Illaħwa!
Qatt ma rajt xi ħaġa daqshekk sabiħa!” jistagħġeb Yooki, hekk kif jara l-Lanterna tpetpet fid-dlam.
Ċentupied jagħlaqlu t-triq.
“Ieqaf hemm! Kif nista’ ngħinek?” jistaqsih Bilù, l-għassies tal-Lanterna.
“Mmm, mela... Hemm bżonn inlaqqgħu l-mexxejja. Jeħtieġ li jieqfu jiġġieldu qabel ma tinqala’ gwerra!”
“Gwerra?!” jirrepeti bir-rogħda Bilù. “Se nibgħat minnufih is-sinjal għal Kunsill tal-mexxejja!”
Bilù jonfoħ b’kemm għandu saħħa f’qarn magħmul mill-weraq: “TUUUUUUUUUUUUT!”
Il-ħoss tant huwa qawwi li jidwi mal-foresta kollha.
Fil-bogħod, jidhru Frida, Milos u Lilù.
“Bilù!” tgħajjatlu Frida. “Kemm ilna ma niltaqgħu! L-aħħar darba li smajt dik it-trumbetta, kont ma’ nannti!”
“X’intom tagħmlu hawnhekk?!” jistaqsi sorpriż Yooki.
“Din x’mistoqsija hi? Jeħtieġ li lkoll niġu ħdejn il-Lanterna malli nisimgħu s-sinjal ta’ Bilù — dik hija r-regola,” twieġeb Lilù mnaffra.
“Jiġifieri kulħadd kien jaf li stajna niltaqgħu hawnhekk biex niddiskutu u ħadd ma ġih f’rasu jagħmel dan qabel?” żbroffa Yooki.
“Biex ngħid kollox,” twieġeb Lilù, “tassew diffiċli tiddiskuti ma’ salamandra bla moħħ li qerditli l-kantina tal-ħlewwiet.”
“Bla moħħ?! Inti l-problema — taħseb li l-ġid kollu li toffri l-foresta qiegħed hemm għalik biss!” tirrispondiha Frida.
“Ħe, ħanex — tistħajlek ir-reġina tal-foresta!” jgħid Milos irrabjat.
L-antenni ta’ Yooki jibdew juġgħuh. Iżda l-kliem ta’ Arber jirbumbja f’moħħu: “Anke jekk ma taqblux, tridu titgħallmu tisimgħu lil xulxin.” Jiġbor kull nitfa kuraġġ li għandu biex ikellem lill-oħrajn.
“Ħbieb tiegħi, ikkalmaw,” jgħidilhom. “Ilkoll kemm aħna għandna r-raġunijiet tagħna biex inkunu rrabjati, li nibżgħu mix-xitwa, nibżgħu li jispiċċalna l-ikel, nibżgħu għall-komunitajiet tagħna... Iżda rridu nibqgħu magħqudin.
Il-Lanterna hija post speċjali. Huwa hawn fejn in-nanniet tagħna għamlu paċi. Meta nidħlu fiha, se nitkellmu wieħed wieħed u waħda waħda, waqt li l-oħrajn jisimgħu.”
Mistagħġbin bil-kunfidenza ta’ Yooki, il-mexxejja l-oħra jibqgħu siekta. Bilù jiftaħ il-bibien tal-Lanterna.
“Min jixtieq jitkellem?” jistaqsi Yooki.
“Jien! Jien!” tgħid Frida ħerqana. “Mela, ilbieraħ filgħodu, indunajt li l-ġamm tiegħi għeb. Fittixt kullimkien għal xi traċċa li l-ħalliel seta’ ħalla. Xammejt xi ħaġa ħelwa taħt l-art, u għalhekk bdejt inħaffer u dlonk waqajt fil-kantina ta’ Lilù mimlija ħlewwiet.”
“Jien ma sraqt l-ebda ġamm qadim minn tiegħek!” tipprotesta Lilù. “Int, madankollu, tħantli l-kantina! Xi tgħid għal għemilek?”
Frida tkun se twieġeb, imma Yooki jwaqqafha.
“Stenna ftit, jekk jogħġbok, Frida — issa jmiss lil Milos jitkellem.”
Ilkoll iħarsu lejn it-tektiek is-siġar. Għadu ma lissinx kelma waħda mindu bdiet il-laqgħa.
“Jien, mmm... Mela, fil-fatt... Jien kont.”
“Xiex?!” tistagħġeb Frida.
“Ħadt ftit ġamm mill-ħażna tiegħek mingħajr ma staqsejtek,” stqarr Milos.
“Għalfejn għamilt hekk?” jistaqsih Yooki.
“Biex insalva l-flieles tiegħi,” jispjega Milos. “Ma fadalx biżżejjed ikel f’artna. Iż-żgħar tiegħi mhux se jirnexxilhom jaraw ir-rebbiegħa jekk mhu ser ikollhom xejn x’jieklu.”
Fil-Lanterna jaqa’ s-skiet, fit-tul.
“Għandi idea!” iħabbar ferħan Yooki. “Lilù, darba waħda inti għidtli li bis-saħħa tal-mini li jħaffru l-ħniex, l-arja tiċċirkola aħjar taħt l-art. B’hekk il-ħamrija titjieb, u dan ifisser li l-pjanti jikbru aktar faċilment — sew qed ngħid?”
“Hekk hu — aħna niffertilizzaw il-ħamrija,” tgħid kburija Lilù. “Imma x’għandek f’moħħok?”
“Immaġinaw kieku l-ħniex jitħallew iħaffru l-mini taħt il-foresta kollha,” jgħid Yooki. “Ikun hemm aktar pjanti u aktar frott, u allura aktar ikel għalina l-annimali.”
“Jiġifieri l-ħniex ikunu jistgħu jmorru kull fejn iridu, u aħna le? Din hi l-idea brillanti tiegħek?” jgħid Milos b’disprezz.
“Mhux biss il-ħniex,” jgħid Yooki. “L-annimali kollha jkunu liberi li jmorru fejn iridu.”
“Dan ifisser li nkun nista’ naqta’ l-frott minn kullimkien, mhux biss f’arti stess?” tistaqsi ħerqana Frida.
“U li jien ikolli aktar ikel x’nitma’ lill-flieles tiegħi?” jistaqsi Milos, f’daqqa waħda ferħan se jtir.
Lilù ma tgħid xejn. Tobgħod taqsam ma’ ħaddieħor. Imma tabilħaqq toħlom li tterraq ġo mini li ma jispiċċaw qatt...
“Fi kliem ieħor, qed tissuġġerixxi li naqsmu flimkien l-art u r-riżorsi tagħna sabiex inkunu nistgħu ilkoll ingawdu minnhom?” tistaqsi.
“Tassew!” iwieġeb Milos. “Jeħtieġ li ningħaqdu!”
“Għalfejn ma noħolqux unjoni ta’ vera bejn il-komunitajiet tagħna?” tissuġġerixxi eċċitata Frida. “Tip ta’ patt, patt biex ilkoll ngħinu lil xulxin?”
“Iva!” jifraħ Yooki. “Din idea tajba ħafna — u hija dak li trid ukoll Arber. Nistgħu nsejħulha l-“Unjoni tal-Foresta”!”
Il-mexxejja kollha jinfexxu jċapċpu.
F’daqqa waħda, il-Lanterna timtela b’kuluri jleqqu. Werqa tal-ballut taqa’ ħelu ħelu fin-nofs.
“Agħmlu l-marka ta’ saqajkom fuq din il-werqa. B’hekk tkunu parti mill-Unjoni tal-Foresta,” tiddikjara Lilù.
“Stenna ftit! X’jiġri jekk wieħed minna jiddeċiedi li ma jirrispettax aktar il-patt tagħna?” jistaqsi Milos.
“Jew jekk nerġgħu nibdew niġġieldu?” iżżid Frida.
Mal-Lanterna kollha jibda jinfirex it-tgemgim tad-dubju. Id-dwal jibdew inemnmu.
“F’dak il-każ, nerġgħu niltaqgħu hawn biex insibu soluzzjoni,” jgħid Yooki. “Ilkoll irridu nirrispettaw dak li ddeċidejna dwaru flimkien. Dik l-ewwel regola.”
L-annimali l-oħra jaqblu. Il-Lanterna terġa’ tibda tiddi.
F’daqqa waħda, il-werqa tal-ballut tiddawwal u tibda tittajjar ’il fuq lejn il-kwiekeb. B’kurżità kbira, il-mexxejja joħorġu barra u jiskopru li l-Foresta kollha ddawlet b’dija kbira.
“Illaħwa!” jistagħġbu f’daqqa, filwaqt li jersqu qrib xulxin.
“Flimkien niddu!” jitgħaxxaq Yooki huwa u jitbissem lil sħabu li tant iħobb.
Yooki jinduna li l-antenni tiegħu m’għadhomx qed juġgħuh.
Fil-pront jisimgħu leħen:
“U lili? Lili nsejtuni?!” igerger Bilù l-għassies. “Iċ-ċentupiedi jixtiequ jkunu parti mill-Unjoni tagħkom ukoll!”
Materjal għat-tagħlim
Għat-tfal
Ktejjeb tal-attivitajiet – "Tgħallem ma' Yooki" li jispjega l-istorja u l-avvenimenti wara l-metafori użati fl-istorja bl-istampi, flimkien ma' xi attivitajiet u logħob divertenti.
Għall-għalliema
Gwida għall-għalliema biex tintuża fil-klassi. Din tinkludi suġġerimenti għal diskussjonijiet u attivitajiet tematiċi li għandhom isiru mat-tfal sabiex jinkisbu objettivi ta' tagħlim definiti.
Aktar informazzjoni:
L-istorja ta' Yooki u ta' sħabu ġiet żviluppata biex tispjega lit-tfal ta' bejn is-7 u d-9 snin x'inhi l-Unjoni Ewropea u kif bdiet. Tenfasizza r-raġuni ewlenija wara l-ħolqien tal-Unjoni Ewropea: li tiżgura paċi dejjiema bejn il-pajjiżi membri tagħha.
Il-pakkett jipprovdi wkoll informazzjoni bażika dwar l-Unjoni Ewropea u jintroduċi lit-tfal għal kunċetti bħall-gwerra, il-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti. Jispjega wkoll is-sehem tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala "dar l-istati membri" fil-qalba tal-Unjoni.
Awtur: Magali Pingaut
Ko-awturi: Angélique Berhault, Nathalie Vandelle
Illustrazzjonijiet: Thomas Leclercq
Disinn Grafiku: Angélique Berhault, José Sánchez Martínez
Traduzzjoni: Joseph Chircop, Gaetano Mifsud, Nathalie Oliverio, Anthony Privitelli, Roderick Sant (Is-Servizzi tat-Traduzzjoni, Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea)
Ringrazzjament speċjali lil dawk kollha li kkontribwew għal dan il-proġett, b’mod partikolari: Marta Ausín García, Liliana Bicanová,
Kathleen Bulteel, Leszek Jarosz, Achilleas Karras, Steffen Ludwig, Inga Rosinska, Nadia Spirito