- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 7 ta' Awwissu 2025 12:11
L-Iran: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi rigward miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar
Fil-25 ta' Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni emendatorja (PESK) 2025/15471 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.
Il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta' Lulju 2026, u li jiġu aġġornati l-entrati li jikkonċernaw żewġ persuni u entità waħda elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1ĠU L, 2025/1547, 25.07.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1547/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 7 ta' Awwissu 2025