Skip to content

Traineeships Consilium

Darbtejn fis-sena, il-Kunsill joffri traineeships imħallsa ta' ħames xhur fi Brussell. Għaliex ma tapplikax u tikseb għarfien siewi dwar il-ħidma tal-Unjoni Ewropea?

Il-programm ta' traineeships tagħna

Il-programm ta' traineeship Consilium jippermetti lill-gradwati minn sfondi differenti jiksbu esperjenza diretta fit-tfassil tal-politika tal-UE.

Aħna noffru traineeships f'oqsma differenti, bħall-politika, il-liġi, l-amministrazzjoni, il-komunikazzjonijiet, it-traduzzjoni u l-IT.

110 pożizzjonijiet ta' traineeship huma disponibbli kull sena.

L-applikazzjonijiet issa huma miftuħa!

Tista' tapplika għal traineeship Consilium sal-15 ta' Settembru 2026, f'12:00 (ħin ta' Brussell).

It-traineeships ser ikunu mill-1 ta' Frar sat-30 ta' Ġunju 2027.

Tliet trainees, tan-nofs bilqiegħda, it-tnejn l-oħra bilwieqfa, b'laptop quddiemhom iħarsu lejn l-iskrin. L-isfond tal-immaġni huwa aħdar ċar.
Kif tapplika għal traineeship

Kif tapplika għal traineeship

Min jista' japplika?

It-traineeships Consilium miftuħin għal kulħadd, soġġetti għal ċerti kriterji ta' eliġibbiltà.

Ċittadinanza tal-UE

Lawrja ta' Baċellerat jew ogħla

Għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż jew tal-Franċiż u ta' mill-inqas lingwa oħra tal-UE

L-ebda esperjenza ta' xogħol preċedenti f'istituzzjoni oħra tal-UE

X'noffru

Il-programm ta' traineeship tagħna jagħti lill-professjonisti żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien dwar il-ħidma tal-UE, ikunu involuti fl-attivitajiet ta' kuljum tal-Kunsill, jitgħallmu mill-kollegi u l-konsulenti tagħhom u jikkontribwixxu għat-tfassil ta' deċiżjonijiet importanti.

It-traineeships huma bi ħlas u jinkludu allowances u benefiċċji oħra.

Programm ta' azzjoni pożittiva għal trainees b'diżabilità

Kull sena, nirriżervaw sa sitt traineeships għal ċittadini tal-UE b'diżabilità rikonoxxuta.

Il-programm tagħna joffrilhom għarfien uniku dwar il-politika u t-tfassil tal-liġijiet tal-UE, filwaqt li jipprovdilhom arranġamenti speċjali fuq il-post tax-xogħol, kif meħtieġ.

Traineeships għal studenti minn skejjel nazzjonali tal-amministrazzjoni

Minbarra l-programm ta' traineeship ġenerali tagħna, noffru wkoll lill-istudenti fi skejjel nazzjonali tal-amministrazzjoni għarfien uniku dwar il-proċessi u l-politika tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn it-traineeships idumu bejn xahrejn u ħames xhur.

Kalendarju tat-traineeships

Aħna noffru traineeships darbtejn fis-sena.

L-ewwel perjodu ta' traineeship huwa mill-1 ta' Frar sat-30 ta' Ġunju. Tista' tapplika minn nofs Lulju sa nofs Settembru, u l-kandidati jintgħażlu bejn Ottubru u Diċembru.

Din l-iskeda ta' żmien orizzontali xahar b'xahar turi l-perjodu tal-applikazzjoni (Lulju-Settembru), l-istadji tal-għażla u tal-intervisti (Ottubru-Diċembru), u t-traineeship (Frar-Ġunju), kull wieħed rappreżentat minn faxxi kkuluriti.

It-tieni perjodu ta' traineeship huwa mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Jannar. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fi Frar u Marzu u l-għażla tal-kandidati ssir minn April sa Ġunju.

Din l-iskeda ta' żmien orizzontali xahar b'xahar turi l-perjodu tal-applikazzjoni (Frar-Marzu), l-istadji tal-għażla u tal-intervisti (April-Ġunju), u t-traineeship (Settembru-Jannar), kull wieħed rappreżentat minn faxxi kkuluriti.

Mistoqsijiet komuni

Għandek xi mistoqsijiet oħra? Ara l-FAQ tagħna biex issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar frekwenti tagħna.

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Lulju 2026