Cookies
Kif nużaw il-cookies?
Il-cookies jippermettu lis-sit web jagħrfek, sabiex itejjeb l-esperjenza tiegħek meta tuża s-sit – pereżempju, billi jiftakar il-preferenzi tiegħek (bħal-lingwa) biex ma jkollokx bżonn terġa' tissettjahom matul iż-żjara tiegħek.
Fil-Kunsill nużaw il-cookies għal tliet raġunijiet ewlenin:
- biex niżguraw is-sigurtà tas-sit web tagħna
- biex nipproduċu rapporti statistiċi anonimi dwar l-udjenza tas-sit web
- biex nottimizzaw il-funzjonalitajiet tal-kontenut u l-prestazzjoni teknika tas-sit web
L-informazzjoni kollha miġbura permezz tal-cookies tiġi anonimizzata u maħżuna għal żmien limitat.
Cookies meħtieġa
Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Dawn ma jistgħux jintfew.
Cookies biex jinżamm rekord tal-preferenza lingwistika tiegħek
| Isem il-cookie | Għan |
| consilium.language | Dawn jgħinuna nittraċċaw il-lingwa li għażilt fuq is-sit web tal-Kunsill. Jiskadu wara sena ta' inattività kontinwa. |
Cookies biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-web
| Isem il-cookie | Għan |
| cf_bm | Dawn jgħinu lil Cloudfare tidentifika u ttaffi t-traffiku awtomatizzat biex is-sit web tal-Kunsill jiġi protett minn bots ħżiena. Jiskadu wara 30 minuta ta' inattività kontinwa. |
| cf_clearance | Dawn jagħtu prova lil Cloudflare li inti bniedem ivverifikat. Jiskadu wara 30 minuta ta' inattività kontinwa. |
ASLBSA ASLBSACORS |
Dawn jgħinu lil Microsoft Azure Front Door jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-istreaming dirett tal-vidjo. Dawn jiskadu mal-għeluq tal-browser. |
Cookies fakultattivi
Il-Kunsill juża l-cookies mill-għodod tal-analitika tal-web Piano Analytics u Hotjar sabiex jiġbor statistika aggregata u anonima. B'mod aktar speċifiku, dawn l-għodod jiġbru data dwar:
- metrika – żjarat, kemm-il darba ġiet ikkonsultata l-paġna, it-tul taż-żjara tal-paġna, viżitaturi ġodda jew li rritornaw, kemm-il darba ntwera filmat
- hardware u software – apparat, browsers u sistemi operattivi
- post – limitata għall-kontinenti, pajjiżi, reġjuni, bliet (il-ġeolokalizzazzjoni tal-GPS ma tintużax)
- sorsi ta' traffiku għas-sit web tal-Kunsill – siti web esterni, magni tat-tiftix, posta elettronika, media soċjali
- downloads – fajls pdf mehmuża ma' stqarrijiet għall-istampa u kotba elettroniċi tal-Kunsill
- protokolli tal-internet (anonimizzati)
Il-cookies użati mill-Kunsill għal skopijiet analitiċi huma ssettjati bil-kunsens tiegħek, jiġifieri tista' tirrifjutahom meta żżur paġna għall-ewwel darba.
Il-Kunsill iżomm kontroll sħiħ tad-data miġbura.
Cookies biex jitkejjel l-użu tas-sit web
| Isem il-cookie | Għan |
| hjSession | Dawn jippermettu lil Hotjar tiddefinixxi sessjoni u tiżgura li t-talbiet jiġu attribwiti għall-istess sessjoni. Jiskadu wara 30 minuta. |
| hjSessionUser | Dawn jiġu ssettjati minn Hotjar meta utent jidħol f'paġna għall-ewwel darba, u jiżguraw li d-data minn żjarat sussegwenti mill-istess utent fl-istess sit tiġi attribwita għall-istess ID tal-utent. Jiskadu wara 12-il xahar. |
| pcid | Dawn jippermettu lil Piano Analytics tassenja ID lil viżitatur. Jiskadu wara 13-il xahar. |
| pctx | Dawn jiżguraw il-koerenza tal-informazzjoni miġbura minn Piano Analytics. Jiskadu wara 13-il xahar. |
| pprv | Dawn jippermettu lil Piano Analytics tirreġistra l-kunsens tal-utenti għall-użu tal-cookies. Jiskadu wara 13-il xahar. |
Ikkontrolla l-cookies tiegħek
Meta żżur is-sit web tal-Kunsill għall-ewwel darba, tintalab taċċetta jew tirrifjuta cookies fakultattivi.
B'mod awtomatiku, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna ma tiġix traċċata mill-cookies ta' Piano Analytics u Hotjar. Madankollu, tista' tagħżel li tagħti l-kunsens tiegħek biex l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna tintuża fl-istatistika aggregata tagħna.
L-istatus tiegħek
L-istatus attwali tiegħek huwa: Naċċetta l-cookies kollha Naċċetta biss il-cookies meħtieġa
Nifhem li bl-għażla "Naċċetta l-cookies kollha" ser nirċievi xi cookies Piano Analytics u Hotjar ġodda li jippermettu l-ġbir ta' data dwar l-udjenza fuq dan is-sit.
Nifhem li bl-għażla "Naċċetta l-cookies kollha" ser nirċievi xi cookies Piano Analytics u Hotjar ġodda li jippermettu l-ġbir ta' data dwar l-udjenza fuq dan is-sit.
L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Marzu 2026