Grupp tal-Euro
Il-laqgħa tal-ministri għall-finanzi tal-istati membri taż-żona tal-euro.
Latest
9 ta' Novembru 2026
Il-ministri tal-Grupp tal-Euro ddiskutew kif jista' jsir l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi għall-finanzjament tad-difiża, b'enfasi fuq l-akkwist konġunt. Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte ingħaqad mad-diskussjoni.
Membri tal-Grupp tal-Euro
Il-membri tal-Grupp tal-Euro huma l-ministri mill-istati membri taż-żona tal-euro u l-president tal-Grupp tal-Euro.
Dwar il-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro jlaqqa' flimkien il-ministri miż-żona tal-euro biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-munita komuni tagħhom.
L-istorja
-
1997
DiċembruIl-Kunsill Ewropew japprova l-ħolqien tal-Grupp tal-Euro, korp informali li jlaqqa' l-ministri għall-finanzi tal-pajjiżi li l-munita tagħhom hija l-euro.
-
2002
JannarFl-1 ta' Jannar 2002 l-euro jibda jiċċirkola bħala karti tal-flus u muniti, u jieħu post il-muniti nazzjonali.
-
2009
DiċembruIl-Protokoll 14 għat-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, u jistabbilixxi r-rwol tal-Grupp tal-Euro.