"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Riżorsi edukattivi: għallem, tgħallem, ilgħab

Sib materjal bla ħlas lest għat-tagħlim u l-apprendiment dwar kif l-istati membri tal-UE jaħdmu flimkien fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE.

Il-materjal tal-Kunsill għat-tagħlim u l-apprendiment huwa mmirat lejn gruppi ta' età u livelli ta' edukazzjoni rakkomandati differenti.

Edukazzjoni preprimarja u primarja

Inti għalliem/a tal-iskola preprimarja jew tal-iskola primarja u qed tfittex riżorsi adatti għat-tfal u lesti għall-użu biex tgħallem lill-istudenti tiegħek l-elementi bażiċi dwar l-Unjoni Ewropea?

Aħna noffru firxa ta' materjal għat-tagħlim imfassal speċifikament għall-istudenti ta' taħt l-10 snin. Dawn jinkludu:

  • stejjer bl-istampi
  • kotba tal-attivitajiet
  • għodod ta' tagħlim interattiv tat-tip kwiżż
  • kotba tat-tpinġija
  • gwida għall-għalliema
Illustrazzjoni kkulurita ta' Yooki l-musbieħ il-lejl b'antenni ħodor, ġwienaħ ħodor ċari u flokk blu hekk kif qed idur fl-arja ma' nżul ix-xemx, b'siġra taż-żnuber u sħab vjola ħfief fl-isfond.
Iltaqa' ma' Yooki l-musbieħ il-lejl u sħabu l-annimali l-oħra u skopri aktar dwar l-Unjoni tal-foresta.

Edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni għolja

Inti għalliem/a, lekċerer universitarju jew professjonist ieħor tal-edukazzjoni ċivika li qed tfittex riżorsi affidabbli u utli dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE?

L-offerta tagħna għall-edukazzjoni sekondarja u għolja tinkludi:

  • Il-"pakkett ta' edukazzjoni ċivika" - lezzjonijiet lesti għat-tagħlim imfassla għall-istudenti fil-gruppi ta' età 12-19 u 17-25
  • "ministru għal ġurnata" - eżerċizzju ta' simulazzjoni tal-Kunsill għal tfal tal-iskola sekondarja minn 16-il sena 'l fuq u studenti universitarji
  • "Europa Quest" - għodda ta' tagħlim tat-tip kwiżż adattata għat-tfal tal-iskola sekondarja u studenti universitarji, imfassla biex tistimula l-kollaborazzjoni u t-tagħlim kondiviż
Għalliema fuq quddiem fi klassi bit-tfal imdawra bi tpinġijiet ta' ktieb miftuħ, punt interrogattiv, iċ-ċirku tal-istilel tal-UE, u simbolu tal-euro, li jissuġġerixxu lezzjoni dwar l-Ewropa.
Skopri l-materjal disponibbli għall-istudenti minn 12-il sena 'il fuq.

Logħob u kwiżżijiet

Tista' tilħaq ftehim?

Tgħallem waqt li tilgħab permezz ta' EUcraft – logħba ta' simulazzjoni diġitali. Ħu r-rwol ta' ministru u ħu deċiżjonijiet fil-Kunsill tal-UE – kollox f'idejk!

Kemm taf dwar l-UE?

Ittestjakemm taf fil-kwiżżijiet tagħna, adattati għall-istudenti li għandhom 12-il sena jew aktar.

Illustrazzjoni tal-logo EUcraft, fejn l-avatars ta' persuni bi bnadar nazzjonali jinġabru madwar il-mejda tal-Kunsill tal-UE.
Tgħallem aktar dwar l-UE filwaqt li tieħu gost bil-logħob u l-kwiżżijiet tagħna.

Pubblikazzjonijiet u filmati

Qed tfittex xi fatti u ċifri dwar l-UE, l-istorja u l-istituzzjonijiet tagħha?

Tixtieq tkun taf kif il-liġijiet tal-UE jiġu deċiżi u tifhem ir-rwoli tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill?

Il-fuljetti ta' informazzjoni, il-fuljetti u l-filmati tagħna joffrulek l-informazzjoni kollha li qed tfittex. Adattati għall-istudenti li għandhom 14-il sena jew aktar.

Żur il-Kunsill mal-iskola tiegħek

Żjara fil-binjiet tal-Kunsill fi Brussell jew żjara virtwali biex tesplora l-Kunsill minn kull angolu tista' ssaħħaħ it-tagħlim tiegħek u kwalunkwe esperjenza ta' tagħlim dwar l-UE.

Daħħal l-UE fil-klassi tiegħek u bbukkja sessjoni ta' informazzjoni (virtwali).

Viżitaturi jżuru l-Kunsill.
Il-Kunsill joffri diversi attivitajiet lill-viżitaturi tiegħu.

Żomm kuntatt magħna

Tixtieq tibqa' aġġornat dwar id-deċiżjonijiet politiċi, l-avvenimenti, l-opportunitajiet ta' impjieg tal-Kunsill u dwar l-aħħar riżorsi edukattivi tagħna? Abbona għan-newsletter elettronika tagħna ta' kull xahar The Pulse u ibqa' ikkonnettjat mal-Kunsill.

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Awwissu 2026