Skip to content
Page is loading

Pubblikazzjonijiet

Pubblikazzjonijiet

  • Environmental statement 2025

    On 25 January 2016, the General Secretariat of the Council of the European Union (GSC) obtained EMAS (Eco-Management and Audit Scheme) registration, validating the quality of the environmental management system in place since 2010.

    This statement contains updates on the GSC’s environmental performance up to 2024. Continuous and effective environmental management has, in particular, enabled the GSC to reduce its consumption of energy and water and to improve its waste management. These results enhance the credibility of the GSC’s environmental initiatives validated by the EMAS registration. The environmental management system enables the GSC to measure and monitor the impacts of its activities to better control those impacts and to continuously improve its performance.

    2026, 69 pages, Fuljett
  • Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (edizzjoni 2025)

    Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma ż-żewġ istituzzjonijiet li jirrappreżentaw l-istati membri fl-Unjoni Ewropea. Dawn ilaqqgħu flimkien il-mexxejja u l-ministri tal-pajjiżi tal-UE biex isawru l-futur tal-Unjoni Ewropea. It-tnejn li huma għandhom rwol essenzjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Din il-pubblikazzjoni tispjega s-setgħat, il-funzjonament u l-kompożizzjoni rispettivi tagħhom, minn jippresiedi fiż-żewġ istituzzjonijiet u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.

    2025, 83 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) fuq il-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali - Lulju 2025

    Id-Dritt Umanitarju Internazzjonali (IHL), li għandu l-għan li jillimita l-effetti tal-kunflitt armat u li jipproteġi lill-persuni ċivili u lil persuni oħra li ma jiħdux sehem fl-ostilitajiet, huwa pedament tad-dritt internazzjonali modern. Il-Linji Gwida tal-UE jissottolinjaw l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi l-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) ħejja t-tmien rapport annwali dwar l-azzjoni meħuda mill-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa minn Jannar 2024 sa Diċembru 2024.

    2025, 224 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Storja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill Ewropew

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew huma atturi ewlenin fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Din il-pubblikazzjoni tittraċċa l-istorja tagħhom mill-oriġini tagħhom fis-snin ħamsin f'Pariġi, sat-Trattat ta' Liżbona (2009) u l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (2020), sal-lum il-ġurnata. L-istorja tagħhom tirrifletti dik tal-UE fit-totalità tagħha: il-politiki u l-ambizzjonijiet, il-kriżijiet u l-progress tagħha.

    2025, 136 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Iż-żona Schengen

  • Il-bieb tiegħek għall-moviment liberu fl-Ewropa

    Schengen, il-villaġġ fin-Nofsinhar tal-Lussemburgu fuq ix-xmara Moselle, li jinsab fejn jiltaqgħu t-territorji tal-partijiet kontraenti inizjali tal-Ftehim ta' Schengen (Franza, il-Ġermanja u l-Istati tal-Benelux), sar sinonimu mat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u għall-moviment liberu fl-Ewropa.

    2025, 15 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Il-Kunsill Ewropew

    Il-Kunsill Ewropew huwa l-istituzzjoni tal-UE li tiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Huwa magħmul mill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-istati membri tal-UE, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew jirrappreżenta l-ogħla livell ta' kooperazzjoni politika bejn l-istati membri u jiltaqa' mill-inqas darba kull xahrejn jew tlieta fi Brussell.

    2025, 8 pages, Fuljett
  • Iż-żona Schengen - kartellun

  • "L-Ewropa u int" - ktieb ta' attivitajiet

    Tixtieq li l-istudenti tiegħek jitgħallmu aktar dwar is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea?

    B'dan il-ktieb tal-attivitajiet jistgħu jiskopru fatti divertenti dwarhom, isiru jafu dwar l-ismijiet tal-bliet kapitali tagħhom u jpinġu l-bnadar tagħhom.

    Disponibbli f'24 lingwa.

    Ideali għat-tfal ta' bejn 7 u 10 snin.

    2024, 40 pages, Riżorsi edukattivi
  • Pinġi l-Ewropa bil-Kuluri

    Qed tfittex mod divertenti biex tintroduċi l-Unjoni Ewropea lil tfal żgħar? Dan il-ktieb tat-tpinġija edukattiv jista' jkun l-ewwel pass siewi. It-tfal jistgħu ipinġu l-bnadar tal-pajjiżi tal-UE billi jużaw il-mudelli pprovduti, jiktbu isimhom permezz tal-ħjiliet mogħtija, u jqabblu l-istikers mal-bnadar u l-forom tal-pajjiżi korrispondenti.

    2024, 40 pages, Riżorsi edukattivi
  • Environmental statement 2023

    Only the French version of the environmental statement has been validated by the EMAS verifier. An English translation is in progress

    Le 25 janvier 2016, le secrétariat général du Conseil de l'Union européenne (SGC) a obtenu l'enregistrement EMAS1, validant la qualité du système de gestion environnementale mis en place en 2010.

    La présente déclaration comporte une mise à jour des performances environnementales du SGC jusqu'en 2022. La mise en oeuvre continue d'une gestion environnementale performante a permis au SGC d'aller encore plus loin dans la réduction de sa consommation d'énergie et de maintenir la tendance à la baisse de la quantité annuelle de papier utilisée par personne. Ces résultats positifs donnent de la crédibilité à la démarche environnementale mise en place au SGC depuis plusieurs années, démarche qui a été validée par l'enregistrement EMAS. Le système de management environnemental permet au SGC non seulement de mesurer et de suivre les impacts de ses activités pour mieux les maîtriser, mais également d'améliorer ses résultats de manière continue.

    2023, 68 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) dwar il-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali - Lulju 2023

    Il-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL), li tipprova tillimita l-effetti tal-konflitt armat u tħares lil persuni ċivili u lil persuni oħrajn li ma jkunux qed jieħdu sehem fl-ostilitajiet, hija pedament tal-liġi internazzjonali moderna. Il-Linji Gwida tal-UE jenfasizzaw l-impenn tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) tal-Kunsill ħejja s-sitt rapport annwali dwar l-azzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022.

    2023, 117 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Nifhmu x'inhi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja

    Kif taħdem l-Unjoni Ekonomika u Monetarja? Min huma l-atturi ewlenin involuti? X'wassal għall-kriżi ekonomika u finanzjarja u kif issolviet? Dan il-ktejjeb jipprovdi informazzjoni dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, kif taħdem u r-rispons għall-kriżi ekonomika. Jiddefinixxi l-għodod użati biex issolviet il-kriżi u biex tiġi evitata sitwazzjoni simili fil-ġejjieni: koordinazzjoni tal-politika ekonomika, stabbiltà finanzjarja b'mekkaniżmi ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni, u mekkaniżmi ta' stabbiltà biex jiġu appoġġati pajjiżi taż-żona tal-euro li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet.
    Il-ktejjeb hu disponibbli bi 24 lingwa tal-UE.

    2023, 28 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Yooki u l-Unjoni tal-Foresta

    Din l-istorja illustrata dwar l-avventuri ta' Yooki l-musbieħ il-lejl u sħabu l-annimali hija parti minn pakkett edukattiv imfassal biex jispjega lill-istudenti li għandhom bejn 7 u 9 snin x'inhi l-Unjoni Ewropea, għaliex inħolqot u x'rwol jaqdu fiha l-Kunsill u l-istati membri.

    Il-verżjonijiet stampati jistgħu jintalbu mis-sit web tal-Kunsill, soġġett għall-kondizzjonijiet iddikjarati u d-disponibbiltà.

    2023, 38 pages, Riżorsi edukattivi
  • Tgħallem ma' Yooki

    Dan il-ktejjeb tal-attivitajiet huwa parti minn pakkett edukattiv imfassal biex jispjega lill-istudenti li għandhom bejn 7 u 9 snin x'inhi l-Unjoni Ewropea, għaliex inħolqot u x'rwol jaqdu fiha l-Kunsill u l-istati membri. Biex it-tfal jibbenefikaw kemm jistgħu minnu, l-ewwel iridu jaqraw il-ktejjeb bl-istorja "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta".

    Il-verżjonijiet stampati jistgħu jintalbu mis-sit web tal-Kunsill, soġġett għall-kondizzjonijiet iddikjarati u d-disponibbiltà.

    2023, 86 pages, Riżorsi edukattivi
  • Mappa illustrata tal-Unjoni Ewropea

    Din il-mappa hija parti minn pakkett edukattiv imfassal biex jispjega lill-istudenti li għandhom bejn 7 u 9 snin x'inhi l-Unjoni Ewropea, għaliex inħolqot u x'rwol jaqdu fiha l-Kunsill u l-istati membri. Għandha tintuża bħala parti mill-attivitajiet issuġġeriti fil-ktejjeb tal-attivitajiet "Tgħallem ma' Yooki".

    Il-verżjonijiet stampati jistgħu jintalbu mis-sit web tal-Kunsill, soġġett għall-kondizzjonijiet iddikjarati u d-disponibbiltà.

    2023, 0 pages, Riżorsi edukattivi
  • Gwida għall-għalliema (Yooki u l-Unjoni tal-Foresta)

    Din il-gwida għall-għalliema hija parti minn pakkett edukattiv imfassal biex jispjega lill-istudenti li għandhom bejn 7 u 9 snin x'inhi l-Unjoni Ewropea, għaliex inħolqot u x'rwol jaqdu fiha l-Kunsill u l-istati membri. Din toffri suġġerimenti biex jiġu ppjanati l-lezzjonijiet għat-tagħlim fil-klassi bbażati fuq il-ktejjeb bl-istorja "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta" u l-ktejjeb tal-attivitajiet "Tgħallem ma' Yooki".

    2023, 60 pages, Riżorsi edukattivi
  • Is-segwitu tal-Kunsill għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

    Dan il-fuljett jagħti stampa ġenerali tas-segwitu tal-Kunsill għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-Konferenza tnediet f'Marzu 2021 bħala inizjattiva konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea biex jisimgħu liċ-ċittadini Ewropej u jagħtuhom l-opportunità jsemmgħu leħinhom dwar il-futur tal-Ewropa, permezz ta' sensiela ta' deliberazzjonijiet immexxija miċ-ċittadini nfushom. Il-Konferenza ntemmet fid-9 ta' Mejju 2022 meta ġie ppreżentat ir-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza. L-attenzjoni issa daret għal fuq x'ser isir wara.

    2023, 6 pages, Fuljett
  • Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill u kummenti dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

    Kif jitħejja x-xogħol tal-Kunsill? Liema arranġamenti ta’ votazzjoni japplikaw? X’inhuma r-regoli dwar dibattiti pubbliċi? Din il-gwida prattika twieġeb dawn il-mistoqsijiet u ħafna oħrajn b’rabta mal-istruttura, il-proċedimenti u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill. B’mod partikolari, hi maħsuba għad-delegati u l-presidenzi ta’ sitt xhur tal-Kunsill bl-għan li tipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent legali u tgħin fit-tħejjija tal-presidenzi. Minbarra kummenti, il-ktejjeb fih ukoll ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Huwa disponibbli bi 23 lingwa tal-UE.

    2022, 178 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Environmental statement 2022

    On 25 January 2016, the General Secretariat of the Council of the European Union (GSC) obtained EMAS registration1, validating the quality of the environmental management system in place since 2010.

    This statement contains an update on the GSC’s environmental performance up to 2021. The continued implementation of an effective environmental management system has enabled the GSC to go even further in reducing its energy consumption and to maintain the downward trend in the amount of paper used annually per person. These positive results lend credibility to the environmental initiatives which have been in place at the GSC for a number of years, and which were validated by the EMAS registration. The environmental management system enables the GSC not only to measure and monitor the impact of its activities so as to better control it, but also to continuously improve its performance.

    2022, 71 pages, Kotba b'qoxra ratba