Kunsill Ewropew
Il-Kunsill Ewropew huwa l-istituzzjoni tal-UE li tiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
L-aktar reċenti
Membri tal-Kunsill Ewropew
Il-membri tal-Kunsill Ewropew huma l-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tas-27 stat membru tal-UE, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Dwar il-Kunsill Ewropew
Il-Kunsill Ewropew jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-UE, tradizzjonalment billi jadotta konklużjonijiet. Huwa ma jinnegozjax u ma jadottax liġijiet tal-UE.
L-istorja
-
1974
9 ta' DiċembruIl-Kunsill Ewropew ġie stabbilit bħala forum informali għal diskussjonijiet bejn il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-istati membri tal-UE.
-
1992
7 ta' FrarSkont it-Trattat ta' Maastricht, il-Kunsill Ewropew akkwista status u rwol formali biex jagħti l-impetu u linji gwida politiċi ġenerali lill-UE.
-
2009
1 ta' DiċembruIl-Kunsill Ewropew sar wieħed mis-7 istituzzjonijiet tal-UE, wara l-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona.