Librerija tal-Kunsill
Katalgu online Eureka
Ir-riżorsi ta' informazzjoni tal-Librerija tal-Kunsill jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-katalgu online Eureka.
Eureka jipprovdi tiftixa unika u unifikata tar-riżorsi kollha tal-librerija, inkluż kotba elettroniċi, ġurnali elettroniċi, artikli, bażijiet ta' data ta' informazzjoni online u aktar, inkluż bosta pubblikazzjonijiet b'aċċess miftuħ.
Ġabriet u prodotti speċjali
Biblijografiji tal-Kunsill
Ġabra ta' riċerka dwar il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Think Tank Review
Għażla ta' kull xahar ta' dokumenti dwar suġġetti ta' politika u ġeopolitiċi minn think tanks fl-UE u lil hinn minnha.
Gwidi tal-Librerija tal-Kunsill
Għażla ta' riżorsi ta' informazzjoni dwar suġġetti ta' politika (eż. kotba, ġurnali, artikli, informazzjoni tal-Kunsill u pubblikazzjonijiet tal-UE).
Itlob żjara
Ir-riċerkaturi u l-istudent universitarji, jistgħu jżuru l-kamra tal-qari tagħna għal konsultazzjoni fuq il-post tal-ġabriet tagħna.
Abbona għall-blog tal-Librerija tal-Kunsill
Suġġerimenti għal qari, analiżi ta' kotba, lista ta' kotba ġodda u t-Think Tank Review.