"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Akkreditazzjoni tal-media

Il-ġurnalisti, il-fotografi u l-ekwipaġġi tat-televiżjoni jeħtieġu akkreditazzjoni biex jidħlu fiż-żoni tal-istampa tal-Kunsill. L-akkreditazzjoni tal-media tingħata esklużivament lill-membri tal-istampa li jaħdmu għal organizzazzjonijiet bona fide tal-media.

Kunsill Ewropew Straordinarju, 26 u 27 ta' Novembru 2026

Il-Kunsill Ewropew Straordinarju ser isir fis-26 u s-27 ta' Novembru 2026 fil-bini Europa fi Brussell.

Data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-Tnejn 26 ta' Ottubru 2026, fis-14:00

Ser jiġi installat uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-media fil-bini LEX (Rue de la Loi/Wetstraat 145) barra mill-perimetru tas-sigurtà biex ikunu jistgħu jinġabru l-badges matul l-avvenimenti.

Il-ħinijiet tal-ftuħ ser jiġu kkomunikati fi stadju aktar tard.

Badge ta' sena 2026

B'din il-badge ma jkollokx aktar għalfejn tapplika separatament għal akkreditazzjoni għal kull avveniment. Tagħtik ukoll aċċess għall-Kunsill matul il-jiem ta' ħidma meta ma jkunx hemm summits jew avvenimenti ta' livell għoli.

Il-badge ta' sena hija disponibbli biss għal:

  • nazzjonali tal-UE/EFTA residenti fil-Belġju
  • nazzjonali mhux tal-UE li għexu fil-Belġju għal mill-inqas 5 snin.

L-applikazzjonijiet għas-sena kalendarja 2026 issa huma miftuħa.

Data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-Tnejn 26 ta' Ottubru, fis-14:00

Ikkuntattjana

Jekk għandek bżonn l-għajnuna bl-akkreditazzjonijiet, ikkuntattja liċ-ċentru stampa:

Kuntatt

Akkreditazzjoni għal summits u avvenimenti ta' livell għoli

Ir-rappreżentanti tal-media li jixtiequ jkopru summits tal-UE u avvenimenti ta' livell għoli personalment huma meħtieġa jirreġistraw minn qabel.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Biex tirċievi aġġornamenti dwar l-akkreditazzjoni, tista':

Akkreditazzjoni għal laqgħat ministerjali u avvenimenti oħra

Il-professjonisti tal-media li jixtiequ jirrappurtaw dwar laqgħat ministerjali u kwalunkwe laqgħa oħra (bl-eċċezzjoni ta' summits u avvenimenti ta' livell għoli) għandhom tliet opzjonijiet:

  • badge ta' ġurnata
  • badge ta' sena
  • il-badge interistituzzjonali tal-UE

Akkreditazzjoni ta' ġurnata

Tista' tinkiseb mill-uffiċċju tas-sigurtà fid-daħla għaċ-ċentru stampa. Jekk jogħġbok ġib id-dokumenti li ġejjin:

  • passaport jew karta tal-identità validi
  • kard tal-istampa nazzjonali valida jew ittra ffirmata mill-kap editur tal-organizzazzjoni tal-media tiegħek li tikkonferma l-istatus tiegħek bħala ġurnalista u ssemmi liema avveniment qed tkopri

Badge ta' sena

Il-badge ta' sena għas-summits tal-UE tista' tintuża wkoll biex jinkiseb aċċess għall-Kunsill f'jiem ta' ħidma regolari.

Badge interistituzzjonali tal-UE

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom skema konġunta ta' akkreditazzjoni għall-korrispondenti bbażati fi Brussell. Hija amministrata mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-detenturi tal-badge interistituzzjonali għandhom aċċess għall-faċilitajiet tal-istampa tal-Kunsill, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

Termini u kundizzjonijiet

Il-ġurnalisti akkreditati kollha jridu jimxu mar-Regoli ġenerali applikabbli għaċ-ċentru stampa u ma' kwalunkwe regola addizzjonali speċifika li tiġi stabbilita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jippubblikaw stampa jew immaġni tal-badge riċevuta jew kwalunkwe immaġni fejn din il-badge tidher fuq l-internet jew fuq il-media soċjali. Bl-istess mod, huma jintrabtu li ma jippubblikawx stampa jew immaġni ta' din il-badge minn parti terza fuq l-internet jew fuq il-media soċjali.

L-uffiċċju stampa tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jirriżerva d-dritt li jirrevoka l-akkreditazzjonijiet ta' kwalunkwe ġurnalist li l-imġiba tiegħu tfixkel l-andament bla xkiel tal-media jew attivitajiet oħra tal-Istituzzjonijiet Ewropej.

Min hu eliġibbli?

L-akkreditazzjoni tal-media hija aċċessibbli biss għall-ġurnalisti minn organizzazzjoni bona fide tal-media.

It-talbiet jiġu eżaminati mill-uffiċċju stampa tal-Kunsill skont kriterji definiti flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Istampa Internazzjonali (API).

It-talbiet għall-badge ta' sena huma wkoll soġġetti għal verifika tas-sigurtà. Għaldaqstant, l-informazzjoni ppreżentata ser tintuża mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (SĠK) u tintbagħat lil Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali waħda jew aktar.

Il-ġurnalisti li japplikaw għall-akkreditazzjoni tal-media fil-Kunsill Ewropew iridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • iridu jkunu impjegati ta' organizzazzjoni bona fide tal-media jew ġurnalisti freelance li regolarment ikopru l-affarijiet tal-UE għal organizzazzjoni bona fide tal-media.
  • il-ġurnaliżmu għandu jkun is-sors ewlieni ta' dħul tagħhom.

X'inhi media bona fide?

Biex titqies bħala media bona fide, l-organizzazzjoni tiegħek trid:

  • tkun editorjalment indipendenti u organizzazzjoni kummerċjali mingħajr restrizzjonijiet ta' distribuzzjoni
  • tkun miftuħa dwar kif tiġi ffinanzjata u minn min
  • tagħti informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Istituzzjonijiet Ewropej

Rekwiżiti addizzjonali għall-media online: is-sit web għandu jkun sit web tal-media online professjonali li jimxi mar-regoli stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-media (ara hawn fuq), u jkollu indirizz tat-triq u numru tat-telefown speċifiċi u verifikabbli.

Il-biċċa l-kbira tal-kontenut tas-sit web għandu:

  • jittratta aħbarijiet, kummentarji jew analiżi oriġinali
  • jittratta affarijiet tal-UE
  • jiġi aġġornat mill-inqas darba fil-ġimgħa

Min mhux eliġibbli?

  • pubblikazzjonijiet stampati jew online li huma pubblikazzjonijiet ta' komunikazzjoni, sensibilizzazzjoni jew promozzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew mingħajr skop ta' qligħ.
  • gruppi ta' riflessjoni jew gruppi ta' interess.
  • il-Kunsill ser jirrifjuta applikazzjonijiet minn persuni li mhumiex ġurnalisti jew li huma lobbyists jew konsulenti, jew individwi li għandhom attività sekondarja professjonali li huwa jqis inkompatibbli ma' akkreditazzjoni tal-istampa.

X'inhuma l-kriterji użati biex tiġi eżaminata l-applikazzjoni tiegħek?

It-talbiet kollha għall-akkreditazzjoni jiġu eżaminati mill-uffiċċju stampa tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Għal dan il-għan, tista' tintalab tipprovdi informazzjoni/dokumentazzjoni addizzjonali (eż. prova tax-xogħol, kuntratti ta' impjieg, prova tad-dħul, eċċ.). Is-Segretarjat Ġenerali jista' jikkonsulta l-Assoċjazzjoni tal-Istampa Internazzjonali (API).

Jekk l-applikazzjoni tiegħek għall-akkreditazzjoni tiġi rrifjutata minħabba li ma titqiesx ġurnalist minn media bona fide, tista' tappella din id-deċiżjoni permezz ta' email:

It-talba tiegħek trid tinkludi evidenza dettaljata li tissodisfa l-kriterji msemmija hawn fuq. It-talba tiegħek għal rieżami ser tiġi eżaminata mill-uffiċċju stampa tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Istampa Internazzjonali (API). Waqt li tistenna l-appell tiegħek, l-uffiċċju stampa tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jista' jiddeċiedi li jagħtik jew ma jagħtikx akkreditazzjoni temporanja.

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Ottubru 2026