Skip to content

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE (SĠK) għandu regoli dwar l-użu mill-ġdid ta' kontenut minn dan is-sit web.

Regoli ġenerali dwar id-drittijiet tal-awtur

Il-kontenut kollu fuq dan is-sit web huwa l-proprjetà esklużiva tal-Unjoni Ewropea, kif irrappreżentata mill-Kunsill, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Ir-riproduzzjoni ta' kontenut minn dan is-sit web huwa awtorizzat,dment li:

  • is-sors ikun rikonoxxut
  • it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali ma jkunux distorti
  • kwalunkwe bidla fil-kontenut tkun indikata b'mod ċar

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza tal-użu mill-ġdid.

Kif għandha tiġi indikata l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 2026.

Jekk jiġi indikat li huwa meħtieġ permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali u/jew multimedjali (ħoss, immaġnijiet, software, eċċ.), jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-komunikazzjoni diġitali tagħna.

It-tali permess jissostitwixxi l-permess ġenerali u jindika b'mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu.

Barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' dokumenti jew materjal ieħor soġġett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mis-sidien tad-drittijiet tal-awtur.

Kontenut viżiv u awdjoviżiv

Bħala regola ġenerali, għall-materjali viżivi u awdjoviżivi ppubblikati fuq dan is-sit web, bħax-xandiriet editorjali, il-webcasts, l-istampi u r-rapporti online jew fuq ir-radju, japplikaw ir-regoli ġenerali dwar id-drittijiet tal-awtur.

Japplikaw regoli speċifiċi għal ċerti kategoriji ta' kontenut awdjoviżiv ippubblikat fil-Kamra tal-aħbarijiet. Iċċekkja s-sit għal aktar dettalji.

Il-bini Europa

Meta jerġgħu jintużaw stampi u/jew vidjos li juru stampi ta' ġewwa u/jew ta' barra l-bini Europa u l-kompożizzjonijiet tal-kuluri tiegħu, sakemm ma jintużawx bħala sfond ta' avveniment, għandhom jintużaw id-drittijiet tal-awtur li ġejjin:

  • Il-bini Europa: © Philippe Samyn and Partners architects and engineers – lead and design partner, Studio Valle Progettazioni architects, Buro Happold engineers
  • Il-kompożizzjoni tal-kuluri: © ta' Georges Meurant, 2016

Logo

Il-logos tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma protetti bid-drittijiet tal-awtur.

Madankollu, jistgħu jintużaw minn partijiet terzi sakemm it-termini tal-użu jiġu rrispettati u timtela l-formola tat-talba għal-logo.

Limitazzjonijiet relatati mar-Reġistru Pubbliku Online ta' Dokumenti Awtentiċi tal-Identità u tal-Ivvjaġġar (PRADO)

Drittijiet tal-awtur speċifiċi japplikaw għat-taqsima tas-sit web li tkopri PRADO, ir-Reġistru Pubbliku Online ta' Dokumenti Awtentiċi tal-Identità u tal-Ivvjaġġar.

Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandek:

  • tqassam, tuża jew tagħmel kopji ta', jew tiddupplika b'xi mod ieħor kwalunkwe materjal li jinsab fit-taqsima PRADO, sakemm mhux awtorizzat espliċitament hawn taħt jew mis-SĠK
  • tbigħ, tislef, tikri, toħroġ liċenzja mill-ġdid, toħroġ subliċenzja, tibgħat, tqassam, terġa' tqassam, jew tuża b'timeshare it-taqsima PRADO jew partijiet minnha, jew "tinkwadra" jew "tirrifletti" l-materjal jew is-servizzi li jinsabu fit-taqsima PRADO, jew huma aċċessibbli minnha, fuq kwalunkwe server ieħor jew apparat ibbażat fuq l-Internet, mingħajr awtorizzazzjoni espliċita bil-miktub minn qabel mis-SĠK; l-awtorizzazzjoni biex jinħolqu links tal-Internet għall-paġni PRADO qed tingħata hawnhekk; għall-pubblikazzjoni ta' din il-link mhu meħtieġ l-ebda permess ieħor mis-SĠK
  • tneħħi, tibdel, temenda, jew tbagħbas b'xi mod ieħor kwalunkwe titlu, marka kummerċjali, dritt tal-awtur, avviż ta' drittijiet ristretti, jew iskrizzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà oħra, jew kwalunkwe ftehim ta' liċenzja, inkluż jew mogħti fit-taqsima PRADO
  • tikseb, tikkollezzjona, tiġbor jew tibni kwalunkwe materjal għall-użu li ma jkunx uffiċjali jew mhux kummerċjali
  • tikseb, tikkollezzjona, tiġbor jew tibni informazzjoni jew data rigward utenti oħra, inkluż indirizzi elettroniċi, mingħajr il-kunsens tagħhom

Madankollu, huwa awtorizzat li jinħolqu links tal-web li jidderieġu mill-ġdid lejn il-paġni ta' PRADO mingħajr permess ulterjuri mis-SĠK.

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Awwissu 2026