"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew jadotta konklużjonijiet li jidentifikaw kwistjonijiet speċifiċi ta' tħassib u jiddeskrivu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu jew l-għanijiet li għandhom jintlaħqu.

L-aktar dokumenti reċenti tal-Kunsill Ewropew

Fittex id-dokumenti adottati matul l-aħħar laqgħat tal-Kunsill Ewropew hawnhekk:

X'inhuma l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew?

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jiġu adottati f'kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Dawn jintużaw biex jidentifikaw kwistjonijiet speċifiċi ta' tħassib għall-UE u jiddeskrivu azzjonijiet partikolari li għandhom jittieħdu jew għanijiet li għandhom jintlaħqu. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistgħu wkoll jistabbilixxu data ta' skadenza biex jintlaħaq qbil dwar punt partikolari jew biex tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva.

B'dan il-mod, il-Kunsill Ewropew jista' jinfluwenza u jiggwida l-aġenda politika tal-UE.

Fejn nista' nsib il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew?

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew mill-2004 'l quddiem huma disponibbli fir-reġistru pubbliku tad-dokumenti uffiċjali.

Il-konklużjonijiet ta' qabel l-2004 huma disponibbli fil-ħoloq ta' hawn taħt.

Niġbdu l-attenzjoni li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma disponibbli biss bil-lingwi tal-pajjiżi li kienu stati membri tal-UE dak iż-żmien.

Kif jiġu adottati l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew?

Qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kunsill Ewropew ifassal l-ewwel abbozz u r-reviżjonijiet sussegwenti.

Dawn imbagħad jiġu diskussi mir-rappreżentanti permanenti tal-istati membri fi Brussell (Coreper 2) u mill-ministri għall-affarijiet Ewropej imlaqqgħin fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali u aktar tard adottati fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Il-konklużjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn l-istati membri kollha tal-UE.

Dan ifisser li parti sew mill-konklużjonijiet tkun ġiet maqbula fit-tħejjija għal-laqgħa biex b'hekk waqt il-laqgħa l-mexxejja jkunu jistgħu jiffukaw fuq ir-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni pendenti.

Laqgħat informali u straordinarji

Il-Kunsill Ewropew ikollu wkoll laqgħat informali jew speċjali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern.

Wara dawn il-laqgħat, il-mexxejja normalment jadottaw stqarrija jew dikjarazzjoni minflok konklużjonijiet uffiċjali.

Dawn id-dokumenti mhumiex disponibbli fir-reġistru pubbliku. Dawk adottati mill-2004 huma disponibbli fil-ħolqa ta' hawn taħt:

Ara wkoll

Collage tal-bini Europa b’ger kbir warajh.

Kif jaħdem il-Kunsill Ewropew

Ritratt stilizzat tal-President Costa, li jidher mill-qafas tas-sider 'il fuq, fuq sfond rettangolari blu jgħajjat, bi blokok vertikali u orizzontali ta' diversi kuluri u disinji rranġati tul in-naħa tax-xellug tal-immaġni.

António Costa

Veduta mill-ajru ta' figuri żgħar u mċajpra mixjin fuq plaża tal-konkrit b'tonalità blu, u b'ringiela ta' vireg vertikali twal u kkuluriti fil-qiegħ li tissuġġerixxi graff tad-data stilizzata.

Aġenda strateġika 2024-2029

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Ottubru 2026