"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Politika tal-aċċessibbiltà

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jaħdem biex jiżgura li s-sit web tiegħu jkun kemm jista' jkun faċli għall-utent, f'konformità mad-direttiva tal-UE dwar l-aċċessibbiltà għall-web li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 2016.

Xi jfisser dan?

L-għan tal-aċċessibbiltà għall-web hu li t-testi, l-istampi, il-forom u n-navigazzjoni jkunu aċċessibbli u li jistgħu jinftiehmu mill-pubbliku ġenerali.

Tiżgura wkoll opportunitajiet ugwali u aċċess ugwali għal informazzjoni minn persuni b'diżabilità f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.

Dan is-sit web ġie ottimizzat biex jissodisfa l-istandards (W3C) tal-"konsorzju tal-world wide web". Seħħ bl-introduzzjoni ta' linji gwida għall-aċċessibilità għall-kontenut tal-Web (WCAG), bl-istandard tekniku "2.0" u l-livell "AA" għal kriterji ta' suċċess.

Id-WGAC 2.0 hu bbażat fuq erba' prinċipji: perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robust.

Dawn l-istandards partikolari jippermettu l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' utenti, pereżempju għal persuni għomja, torox jew b'diffikultajiet fit-tagħlim.

Minkejja l-isforzi tagħna biex niksbu aċċess sħiħ għas-sit web, ċerti filmati u d-dokumenti fil-format PDF li jinsabu fuq xi paġni jistgħu jkunu għadhom mhux ottimizzati. Naħdmu kontinwament biex dan is-sit web ikun konformi għal kollox.

Konformità

Sabiex nissodisfaw il-kriterji ta' aċċessibbiltà għall-web li qed jevolvu, inqisu aspetti bħal:

  • "alt tags" - deskrizzjonijiet tal-istampi li jgħinu lil utenti li jaħdmu b'qarrejja tal-iskrin biex jifhmu x'ifissru l-istampi
  • kuntrast bejn test u sfond - li huwa aġġustat biex ikun jista' jinqara
  • navigabbiltà - in-navigazzjoni permezz tat-tastiera waħedha hija disponibbli għal utenti li għandhom problemi jużaw il-maws
  • "go to content" link - li tippermetti lill-utenti jaċċessaw il-kontenut prinċipali billi jevitaw il-header
  • protezzjoni kontinwa minn spam - li tipproteġi lill-utenti minn sign-ups foloz mingħajr ma jinteraġixxu mal-esperjenza tagħhom tas-sit web.

Kummenti

Qed naħdmu b'mod attiv biex inżidu l-aċċessibbiltà u l-faċilità tal-użu tas-sit web tagħna u f'dan ir-rigward nilqgħu l-feedback tiegħek.

Tista' tikkuntattja lit-tim tagħna tal-esperjenza tal-utent bl-email, jew inkella tirreġistra biex tingħaqad mal-panel tagħna u tagħti l-feedback tiegħek.

L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Jannar 2026