- Kunsill Ewropew
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 23 ta' April 2026 18:00
Kummenti mill-President António Costa lill-istampa qabel il-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tat-23 u l-24 ta' April 2026
Illum huwa jum tajjeb ħafna.
Ħadna żewġ passi importanti ħafna sabiex insaħħu lill-Ukrajna:
• irrispettajna l-impenn tagħna għas-self ta' €90 biljun, sabiex nappoġġaw lill-Ukrajna għal din is-sena u s-sena d-dieħla, biex tissodisfa l-ħtiġijiet ewlenin tagħha għal appoġġ finanzjarju u biex tiddefendi ruħha kontra l-aggressjoni Russa;
• u, it-tieni pass, żidna l-pressjoni fuq ir-Russja, bl-20 pakkett ta' sanzjonijiet tagħna.
Issa wasal iż-żmien li nħarsu 'l quddiem u nħejju l-pass li jmiss. U l-pass li jmiss huwa li jinfetħu formalment l-ewwel ġabriet ta' negozjati għall-adeżjoni Ewropea tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea.
Nirringrazzjakom.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
- @maria_tomasik
- @mariatomasik.bsky.social
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
- @beanavarro
- @beanavarro.bsky.social
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 24 ta' April 2026