"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

RSS feeds

X’inhi RSS?

RSS hija l-abbrevjazzjoni għal Really Simple Syndication u tiddeskrivi metodu għall-għoti ta' informazzjoni f'format li jinqara minn magna. RSS tippermetti lill-utenti li jabbonaw biss għal testi minn sit web jew fajls multimedjali speċifiċi.

Permezz ta’ RSS il-materjal abbonat jista' jitniżżel awtomatikament fuq il-kompjuter tal-utent jew fuq siti web, u b'hekk l-utent jingħata l-aħħar informazzjoni b'mod konvenjenti ħafna.

X’għandek bżonn biex tabbona għal RSS feed?

Biex tabbona għal RSS feed teħtieġ RSS reader, li diversi minnhom jinsabu disponibbli bla ħlas fuq l-Internet u jistgħu jiġu konfigurati individwalment. L-aħħar verżjonijiet tal-browsers għandhom din il-faċilità. Huma jippermettu lill-utenti jiddeċiedu liema sorsi għandhom jinqraw.

RSS reader juri t-titolu jew, bħala għażla oħra, l-ewwel ftit linji ta' artiklu. Ikun akkumpanjat b'link li tippermetti lill-abbonat jiftaħ l-artiklu kollu fil-browser.

Kif tabbona?

Tista' tabbona għal RSS feeds fil-lingwa tal-paġna li żżur. Jekk tixtieq tabbona għal feeds f'lingwa oħra, jekk jogħġbok uża l-lista tal-lingwi fin-naħa ta' fuq tal-lemin tal-paġna biex tagħżel il-lingwa preferuta tiegħek.

Tista' tabbona għal RSS feeds disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill billi tagħfas fuq il-links fil-lista hawn taħt.

Feeds disponibbli

Laqgħat

1. Konfigurazzjonijiet tal-Kunsill

2. Laqgħat tal-Kunsill Ewropew

3. Summits internazzjonali

4. Laqgħat tal-grupp tal-Euro

5. Summits tal-Euro

6 laqgħat tal-Coreper

7. Laqgħat tal-gruppi ta' ħidma skont il-konfigurazzjoni tal-Kunsill

9. Laqgħat tal-kumitati

Dokumenti tal-Kunsill mir-Reġistru Pubbliku

1. Aġendi ta' laqgħat ta':

2. L-aħħar dokumenti

3. Sommarju tal-Atti tal-Kunsill

4. Minuti tal-Kunsill:

5. Suġġetti:

 

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Lulju 2026