"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Tkabbir tal-UE

Minn kandidat għal membru, skopri kif jaħdem it-tkabbir u liema huma l-pajjiżi kandidati attwali.

It-tkabbir iseħħ meta pajjiżi ġodda jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. S'issa, dan seħħ seba' darbiet fl-istorja tal-UE, u kull darba ttrasforma kemm l-UE kif ukoll l-istati membri l-ġodda.

L-adeżjoni mal-UE hija proċess ibbażat fuq il-mertu. Biex isir stat membru, kull pajjiż jeħtieġ li jissodisfa l-istess kundizzjonijiet u jgħaddi mill-istess passi.

Erba' biċċiet ta' puzzle, li jiffurmaw stilla tal-UE. Waħda mill-biċċiet maqlugħa ftit mill-oħrajn.

Kif jaħdem it-tkabbir tal-UE

Biex jikseb status ta' kandidat, kull pajjiż jeħtieġ li jissodisfa l-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi u amministrattivi.

Biex isir stat membru tal-UE, kull pajjiż jeħtieġ li jgħaddi minn diversi fażijiet u jħejji biex jimplimenta l-liġijiet tal-UE matul in-negozjati tal-adeżjoni.

Il-Kunsill jissorvelja l-proċess tat-tkabbir u n-negozjati tal-adeżjoni, li min-natura tagħhom huma intergovernattivi.

Liema huma l-pajjiżi kandidati?

Bħalissa, hemm disa' pajjiżi kandidati. Il-lista tal-pajjiżi ssegwi l-aħħar konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tkabbir.

Fit-triq lejn is-sħubija fl-UE, kull pajjiż li jrid jissieħeb irid jissodisfa l-istess rekwiżiti u jsegwi l-istess proċess:

  1. Applikazzjoni għal sħubija
  2. Status ta' kandidat
  3. Negozjati tal-adeżjoni
  4. Sħubija fl-UE

B'mod parallel mal-proċess tat-tkabbir, l-istess pajjiżi kandidati jikkooperaw mal-UE f'forom oħra biex isaħħu r-rabtiet politiċi u ekonomiċi.

L-istorja tat-tkabbir tal-UE

Mewġiet suċċessivi ta' tkabbir sawru l-istorja tal-UE. Skopri meta u kif l-unjoni kibret minn 6 għal 27 stat membru, biex b'hekk żdiedet il-kooperazzjoni u ġew promossi l-valuri demokratiċi madwar l-Ewropa.

Verżjoni testwali

Mappa li turi l-istati membri attwali tal-UE u eks stat membru tal-UE, flimkien mas-sena li ngħaqdu mal-UE.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Grupp ta' nies f'dimostrazzjoni bil-bnadar tal-Moldova u tal-Unjoni Ewropea.

Moldova

How EU enlargement works

Drone, munzell ta' għelejjel, munzell ta' materjali naturali, pajp tal-gass u barmil taż-żejt.

Ukrajna: investiment fil-futur tal-Ewropa

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Lulju 2026