"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kif jivvota l-Kunsill?

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jieħu deċiżjonijiet permezz ta' maġġoranza kwalifikata, unanimità jew vot b'maġġoranza sempliċi, skont il-kwistjoni diskussa.

Tliet sistemi ta' votazzjoni

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu bl-użu ta' tliet sistemi ta' votazzjoni distinti.

Maġġoranza kwalifikata

Din hija s-sistema ta' votazzjoni awtomatika, li permezz tagħha d-deċiżjonijiet jittieħdu bl-użu tar-regola ta' "maġġoranza doppja".

Unanimità

Din tapplika għal għadd limitat ta' oqsma sensittivi, li fihom kull stat membru għandu veto.

Maġġoranza sempliċi

Din tapplika prinċipalment għal deċiżjonijiet ta' proċedura.

L-ispeċifiċitajiet dwar kif joperaw dawn ir-regoli tal-votazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Maġġoranza kwalifikata

Il-Kunsill jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata għal madwar 80% tal-ħidma leġiżlattiva tiegħu, fejn il-leġiżlazzjoni tiġi adottata b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew.

Din is-sistema ta' votazzjoni hija bbażata fuq maġġoranza ta' stati membri li jirrappreżentaw maġġoranza tal-popolazzjoni tal-UE. Din hija magħrufa bħala r-regola tal-"maġġoranza doppja", peress li jridu jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet fl-istess ħin:

  • tal-inqas 55% tal-istati membri jivvutaw favur (15 minn 27)
  • dawk l-istati membri jirrappreżentaw tal-inqas 65% tal-popolazzjoni totali tal-UE

Unanimità

Il-Kunsill irid jivvota b'mod unanimu dwar għadd ta' kwistjonijiet li l-istati membri jqisu li huma sensittivi. F'dawn il-każijiet, kull stat membru għandu dritt għal veto. Fil-votazzjoni unanima, l-astensjoni ma twaqqafx deċiżjoni milli tittieħed.

L-unanimità tapplika, pereżempju, għal:

  • il-politika estera u ta' sigurtà komuni
  • l-għoti ta' drittijiet ġodda liċ-ċittadini tal-UE
  • it-tkabbir tal-UE
  • il-finanzi tal-UE (ir-riżorsi proprji u l-baġit fit-tul tal-UE)
  • l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni indiretta
  • ċerti miżuri fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u l-protezzjoni soċjali

Maġġoranza sempliċi

Tintlaħaq maġġoranza sempliċi jekk tal-inqas 14 mis-27 stat membru jivvutaw favur.

Il-Kunsill jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi:

  • dwar kwistjonijiet ta' proċedura, bħall-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu u l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu
  • biex jitlob lill-Kummissjoni twettaq studji jew tressaq proposti

Kalkulatur tal-votazzjoni

Il-kalkulatur tal-votazzjoni jgħin biex issir taf jekk il-Kunsill jistax jilħaq wieħed mit-tliet limiti tal-votazzjoni meħtieġa biex jadotta att leġiżlattiv.

Segwi dawn l-erba' passi sempliċi biex tivverifika r-riżultat finali ta' vot tal-Kunsill:

  • agħżel regola ta' votazzjoni
  • agħżel l-istati membri li qed jieħdu sehem fil-vot
  • daħħal il-voti
  • ivverifika r-riżultat finali
Kalkulatur ħdejn karta li titqiegħed f'kaxxa tal-voti.

Kalkulatur tal-votazzjoni

Kif taħdem il-votazzjoni?

Il-votazzjoni hija att politiku u legali u għalhekk issir biss mill-ministri li jirrappreżentaw l-istati membri rispettivi tagħhom fil-Kunsill.

Il-Coreper (il-kumitat tar-rappreżentanti permanenti) ma jivvutax dwar atti legali, iżda r-rappreżentanti permanenti jistgħu jindikaw minn qabel kif il-ministri tagħhom biħsiebhom jivvutaw fil-Kunsill. Il-"vot indikattiv" jgħin lill-presidenza tal-Kunsill tivvaluta jekk deċiżjoni tkunx lesta għall-adozzjoni. Il-gruppi ta' ħidma ma jivvutawx.

Il-Kunsill jista' jivvota biss jekk tkun preżenti maġġoranza tal-membri tiegħu. Membru tal-Kunsill (rappreżentant ta' stat membru fil-livell ministerjali) jista' jaġixxi f'isem membru wieħed ieħor biss.

Il-votazzjoni tinbeda mill-president tal-Kunsill, jiġifieri l-pajjiż li jkollu l-presidenza b'rotazzjoni. Membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jista' wkoll jipproponi li jinbeda vot, iżda maġġoranza tal-membri tal-Kunsill trid tapprova din l-inizjattiva.

Pubblikazzjoni tar-riżultati tal-votazzjoni

Ir-riżultati tal-voti tal-Kunsill awtomatikament isiru pubbliċi meta l-Kunsill jaġixxi biex jadotta liġijiet tal-UE.

Il-mod kif ivvota kull stat membru, flimkien mal-ispjegazzjonijiet tal-voti, id-dikjarazzjonijiet, u l-punti rreġistrati fil-minuti, jiġu ppubblikati fir-reġistru pubbliku tal-Kunsill.

Ara wkoll

Il-binjiet tal-Kunsill tal-UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, konnessi b'linja.

Ir-rwol tal-Kunsill fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE

Il-bini tal-Kunsill maġenb sett karti u pożakarti.

X'jagħmel il-Kunsill

Illustrazzjoni tal-bini tal-Kunsill.

Kif inhi organizzata l-ħidma tal-Kunsill Ewropew

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Frar 2026