Skip to content

Talbiet għal rieżami intern skont ir-regolament ta' Aarhus

L-individwi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom id-dritt li jitolbu rieżami amministrattiv tal-atti legali adottati minn istituzzjoni jew korp tal-UE, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament ta' Aarhus.

Ir-regolament jipprovdi lill-membri tal-pubbliku bid-dritt ta' aċċess għall-ġustizzja u l-informazzjoni, u ta' parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ambjent.

Emenda għar-regolament adottat mill-UE fl-2021 estendiet xi dispożizzjonijiet dwar id-dritt li jintalbu rieżamijiet ta' atti tal-UE.

Lista ta' talbiet għal rieżami riċevuti mill-Kunsill

  • Talba ppreżentata minn Stichting De Faunabescherming għal reviżjoni interna skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, tad-Direttiva (UE) 2025/1237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2025 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE fir-rigward tal-istatus ta' protezzjoni tal-ilpup
  • Talba għal reviżjoni interna, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, tad-Direttiva (UE) 2025/1237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2025 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE fir-rigward tal-istatus ta' protezzjoni tal-ilpup
  • Talba għal rieżami intern skont it-Titolu IV tar-Regolament ta' Aarhus fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2638 tal-20 ta' Novembru 2023 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd f'ilmijiet oħra
  • Talba għal rieżami intern tad-deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tal-Kunsill ĠAI tat-8 u d-9 ta' Diċembru 2022 biex ma jiġix adottat l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
  • Talba għal rieżami intern tar-regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta' Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli
  • Talba għal rieżami intern tar-regolament tal-Kunsill (UE) 2022/515 tal-31 ta' Marzu 2022 li jemenda r-regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni
  • Talba għal rieżami intern tar-regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta' Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni
  • Talba għal reviżjoni interna, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, tad-Direttiva (UE) 2025/1237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2025 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE fir-rigward tal-istatus ta' protezzjoni tal-ilpup.

Kif tibgħat talba għal rieżami intern?

Talbiet għal rieżami intern ta' atti legali jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta' e-mail.

Ċaħda ta' responsabbiltà: il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mhuwiex responsabbli għall-kontenut tat-talbiet għal rieżami intern ippreżentati minn individwi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi skont ir-regolament ta' Aarhus. Barra minn hekk, dawk li jagħmlu talba għal rieżami huma mitluba biex fl-annessi għat-talba tagħhom ineħħu d-data personali li mhix meħtieġa għall-ipproċessar tagħha, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 45/2001 u d-deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

X'inhu r-regolament ta' Aarhus?

L-Unjoni Ewropea hija firmatarja tal-Konvenzjoni ta' Aarhus tan-Nazzjonijiet Uniti, li tistabbilixxi d-drittijiet tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali u fir-rigward ta':

  • aċċess għal informazzjoni
  • parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet
  • aċċess għall-ġustizzja

L-UE adottat ir-regolament ta' Aarhus fl-2006 (regolament KE 1367/2006) biex tapplika d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni internazzjonali fil-livell tal-UE. Fl-2021, ġiet adottata emenda għar-regolament biex jittejbu ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Mejju 2026