- Laqgħat ministerjali internazzjonali
Kunsill tal-ministri AKP-UE, 28-29/05/2015, 28 u 29 ta' Mejju 2015
Riżultati ewlenin
Ninsab kuntenta ħafna bid-diskussjonijiet skjetti, sostantivi u kostruttivi li kellna ma' sħabna mill-pajjiżi tal-AKP. L-iskambji ta’ fehmiet tagħna dwar għadd ta’ kwistjonijiet ewlenin bħall-aġenda għall-iżvilupp ta’ wara l-2015 u l-migrazzjoni għal darb’oħra ssottolinjaw l-importanza tas-sħubija tagħna. Zanda Kalniņa-Lukaševica, Segretarju Parlamentari tal-Istat Latvjana għall-Affarijiet tal-UE
Fil-laqgħa annwali tagħhom fit-28 u d-29 ta’ Mejju 2015, il-ministri tal-UE u tal-AKP ffokaw id-diskussjonijiet tagħhom fuq l-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli ta' wara l-2015, b’mod partikolari l-finanzjament għall-iżvilupp u t-tibdil fil-klima. Huma ntrabtu li jaħdmu flimkien lejn it-tħejjija tad-diskussjonijiet globali dwar dawn il-kwistjonijiet f’Addis Ababa, New York u Pariġi aktar tard din is-sena.
Wara l-ġrajjiet traġiċi reċenti fil-Mediterran, kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-iżvilupp. Huma kkundannaw in-netwerks li jorganizzaw it-traffikar tal-bnedmin b’nuqqas ta’ rispett totali għall-ħajja tal-bnedmin u talbu biex tittieħed azzjoni urġenti kontra dawn in-netwerks. Approvaw ukoll rakkomandazzjonijiet dwar it-traffikar u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta’ migranti.
Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar il-ġejjieni tal-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi tal-AKP.
Il-ministri ddiskutew ukoll diversi kwistjonijiet b'rabta mal-kummerċ, b’mod partikolari l-qagħda attwali tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, l-impatt tat-TTIP fuq il-pajjiżi tal-AKP, kif ukoll kwistjonijiet speċifiċi dwar prodotti bażiċi ta’ rilevanza partikolari għall-pajjiżi tal-AKP.
Huma kellhom skambju ta’ fehmiet dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp u dwar it-tibdil fil-klima fid-dawl tal-konferenza li se ssir f’Pariġi aktar tard din is-sena.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali
Laqgħat li seħħew
Ebda laqgħa
L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025