"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kummerċ

Kif l-Unjoni Ewropea qed issawwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha mal-bqija tad-dinja.

Il-politika kummerċjali hija kompetenza esklużiva tal-UE. Hija l-UE, aktar milli l-istati membri, li tilleġiżla dwar kwistjonijiet kummerċjali u tikkonkludi ftehimiet kummerċjali internazzjonali.

Billi jaġixxu flimkien bħala entità waħda, il-pajjiżi tal-UE jibbenefikaw minn aktar saħħa fin-negozjati ma' pajjiżi oħra.

Globu mdawwar b'kaxex u vleġeġ, li jirrappreżentaw il-kummerċ.

Fatti u ċifri dwar il-kummerċ

L-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali għal 66 pajjiż sieħeb, li jirrappreżentaw 52% tal-PDG dinji. Tinsab ukoll fl-ewwel post fid-dinja fil-kummerċ ta' oġġetti u servizzi, b'sehem ta' 15.8% tal-kummerċ dinji fl-2024 (qabel iċ-Ċina u l-Istati Uniti).

Aktar minn 30 miljun impjieg fl-UE (jiġifieri impjieg minn kull sebgħa) jiddependu mill-esportazzjoni barra mill-UE.

L-UE hija l-akbar negozjant fid-dinja

Verżjoni testwali
  • UE: 15.8%
  • Stati Uniti: 13.6%
  • Ċina: 13.4%
  • Renju Unit: 4.2%
  • Ġappun: 3.6%
  • oħrajn: 49.4%

Vuċi waħda fil-kummerċ internazzjonali

L-UE trid tiżgura kummerċ ġust, miftuħ u ekwu mal-bqija tad-dinja, u hija impenjata għal sistema kummerċjali multilaterali b'saħħitha u bbażata fuq ir-regoli.

L-UE tipproteġi lill-produtturi u lin-negozji tal-Ewropa minn prattiki barranin inġusti.

L-oġġetti importati lejn l-UE mill-bqija tad-dinja huma soġġetti għal tariffi.

L-UE ssegwi l-prinċipji u r-regoli stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Permezz tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-UE tippromwovi u tipproteġi l-ikel u x-xorb Ewropej madwar id-dinja.

Ftehimiet kummerċjali tal-UE

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jsawru r-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE, bl-għan li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali aħjar u jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ.

L-UE għandha fis-seħħ aktar minn 40 ftehim ma' madwar 80 pajjiż sieħeb. Hija tinsab fil-proċess li tadotta jew tirratifika ftehimiet ma' 27 sieħeb ieħor.

L-UE ssawwar ir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi mhux tal-UE permezz ta' diversi tipi ta' ftehimiet kummerċjali.

In-negozjati kummerċjali huma proċess b'diversi stadji fejn għadd ta' atturi jsemmgħu leħinhom.

Relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi u reġjuni

Pajjiżi

L-aħħar spjegazzjonijiet

Grupp ta' nies f'dimostrazzjoni bil-bnadar tal-Moldova u tal-Unjoni Ewropea.

Moldova

Collage stilizzat li jikkombina l-werqa tal-aġġru ħamra tal-bandiera Kanadiża mal-istilel tal-UE, kontejners tal-merkanzija u bars bħal tas-suq tal-istokk, li jissimbolizzaw il-kummerċ bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea.

Kummerċ bejn l-UE u l-Kanada: fatti u ċifri

Ftehim ta' kummerċ ħieles UE-New Zealand

Kummerċ tal-UE ma' New Zealand

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Awwissu 2026