Skip to content
  • Laqgħat ministerjali internazzjonali

Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq, 19 ta' Ottubru 2025

Riżultati ewlenin

Ir-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq, 19 ta' Ottubru 2025

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iraq kellu r-raba' laqgħa tiegħu nhar il-Ħadd, 19 ta' Ottubru fil-Lussemburgu.

Il-laqgħa kienet preseduta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Kaja Kallas. Id-delegazzjoni tal-Iraq tmexxiet mill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iraq, Fuad Hussein. Il-Kummissarju Dubravka Šuica pparteċipat ukoll fil-laqgħa.

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ddiskuta l-migrazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kummerċ u l-enerġija.

Kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi fl-Iraq u fl-UE.

Fl-aħħar nett, il-partijiet indirizzaw l-affarijiet reġjonali u s-sigurtà.

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Ottubru 2025