Skip to content

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea

Il-bandiera tal-UE hija l-aktar simbolu li jintgħaraf tal-Unjoni Ewropea. Din tirrappreżenta mhux biss l-Unjoni, iżda wkoll l-identità u l-unità kondiviża tal-Ewropa. Tirrappreżenta l-kooperazzjoni, is-solidarjetà u l-armonija fost l-Ewropej.

Emblema ta' unità Ewropea

Il-bandiera tal-UE fiha 12-il stilla tad-deheb fuq sfond blu, li jissimbolizzaw l-unità, is-solidarjetà u l-armonija fost il-pajjiżi Ewropej.

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea

Simboliżmu u elementi grafiċi

Imfassla fis-snin ħamsin, il-bandiera tiġbor flimkien simboli li jirriflettu l-valuri, l-identità u l-koeżjoni tal-Ewropa.

Iċ-ċirku ta' stilel tad-deheb

L-istilel jiffurmaw ċirku, bħas-sigħat tal-arloġġ, biex jissimbolizzaw l-unità, il-kooperazzjoni, l-ugwaljanza u l-armonija bejn il-popli kollha tal-UE.

In-numru 12

L-għadd ta' stilel jissimbolizza l-perfezzjoni u l-kompletezza, u mhux l-għadd ta' stati membri.

Il-kuluri

L-istilel tad-deheb huma mqiegħda fuq sfond blu, li jirrappreżenta kulur is-sema tal-Punent. Flimkien, dawn jirriflettu ċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-paċi.

Fejn tista' tara l-bandiera tal-UE

Il-bandiera tidher madwar l-Unjoni Ewropea fi spazji pubbliċi, fuq dokumenti uffiċjali u fil-ħajja ta' kuljum.

Logos tal-istituzzjonijiet differenti tal-UE

Hija parti integrali mil-logos tal-istituzzjonijiet tal-UE, bħal dawk tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill u tal-Parlament.

Ġabra ta' stampi tat-tliet istituzzjonijiet tal-UE: il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament.

Tintwera ġewwa u quddiem binjiet pubbliċi, ambaxxati u istituzzjonijiet uffiċjali madwar l-UE.

Karti tal-flus tal-euro

Issibha fuq ix-xellug fin-naħa ta' fuq tal-karti tal-flus tal-euro.

Ġabra ta' stampi li juru proġetti differenti ffinanzjati mill-UE: il-bini, il-ferroviji, ir-riċerka, l-ispazju.

Il-bandiera trid tidher fuq is-sinjali u l-materjali għall-proġetti, l-avvenimenti u l-infrastruttura ffinanzjati mill-UE.

L-istorja tal-bandiera

Il-Kunsill Ewropew adotta l-bandiera fl-1985 bħala l-emblema uffiċjali tal-Komunità Ekonomika Ewropea. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bdew jużawha fl-1986.

L-istorja tal-bandiera, madankollu, tmur lura aktar fiż-żmien.

  • 1955

    • 9 ta' Diċembru

      Il-bandiera Ewropea tiġi adottata mill-Kunsill tal-Ewropa

      Il-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem separata mill-UE, jadotta l-bandiera bħala l-emblema uffiċjali tiegħu.

  • 1983

    • 11 ta' April

      Il-bandiera hija proposta biex tiġi adottata mill-Komunitajiet Ewropej

      Il-Parlament Ewropew jipproponi l-adozzjoni tal-bandiera mill-Komunità Ewropea (KEE), il-predeċessur tal-UE.

  • 1985

    • 28 u 29 ta' Ġunju

      Il-Kunsill Ewropew jadotta l-bandiera tal-UE

      Il-Kunsill Ewropew formalment jadotta l-bandiera bħala l-logo uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

  • 1986

    • 29 ta' Mejju

      Tiġi inawgurata l-bandiera tal-UE

      Il-bandiera tal-UE tittella' għall-ewwel darba barra l-bini Berlaymont, is-sede tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell.

  • 2002

    • 1 ta' Jannar

      Il-bandiera tidher fuq il-karti tal-flus tal-euro

      L-euro beda jiċċirkola bħala karti tal-flus u muniti fi 12-il pajjiż tal-UE. Il-bandiera tidher fuq il-karti tal-flus tal-euro bħala simbolu tal-identità Ewropea.

  • 2015

    • Novembru

      Munita kommemorattiva tfakkar it-30 sena tal-bandiera

      Tinħareġ munita kommemorattiva tal-euro biex tfakkar it-30 sena mill-adozzjoni tal-bandiera mill-UE.

Mumenti ewlenin

Il-bandiera tal-UE mgħollija quddiem il-Kummissjoni Ewropea, 29 ta' Mejju 1986.

Il-bandiera tal-UE mgħollija quddiem il-Kummissjoni Ewropea, 29 ta' Mejju 1986.

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Madrid, 26-27 ta' Marzu 1989.

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Madrid, 26-27 ta' Marzu 1989.

Żewġ persuni jgħollu l-bandiera Ewropea quddiem il-bini Justus Lipsius.

Inawgurazzjoni tal-bini Justus Lipsius, Kunsill tal-UE, 29 ta' Mejju 1995.

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Mejju 2025