Skip to content
  • Kunsill Ewropew
  • Stqarrija għall-istampa
  • 27 ta' Ġunju 2024 17:00

Impenji konġunti ta' sigurtà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna

L-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandhom valuri komuni, li huma d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, kif ukoll interessi kondiviżi fil-paċi, is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità.

B'impenn għal dawn il-valuri u l-interessi komuni, u f'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju, Ottubru u Diċembru 2023 u d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Appoġġ għall-Ukrajna tat-12 ta' Lulju 2023, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jikkontribwixxu, fit-tul u flimkien mas-sħab, għall-impenji ta' sigurtà lejn l-Ukrajna, li ser jgħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, tirreżisti l-isforzi ta' destabbilizzazzjoni u tiskoraġġixxi atti ta' aggressjoni fil-futur.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Marzu 2025