Sħubija tal-Lvant
Qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE u sitt pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant.
Permezz ta' kooperazzjoni kemm multilaterali kif ukoll bilaterali.
Il-bini ta' ekonomija, governanza u soċjetà aktar b'saħħithom.
Il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant huma: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna. Madanakollu, minn Ġunju 2021, il-Belarussja ssospendiet il-parteċipazzjoni tagħha fis-Sħubija tal-Lvant.
Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna
L-UE tikkundanna bil-qawwa l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja u tappoġġa lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.
L-UE imponiet sanzjonijiet massivi u bla preċedent kontra r-Russja b'rispons għall-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Ġew imposti wkoll sanzjonijiet fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u theddid ibridu.
L-aħħar aħbarijiet
- Konklużjonijiet tal-Kopresidenti dwar is-Sigurtà u l-Konnettività Transreġjonali
- Ukrajna: l-UE telenka 113-il individwu u entità biex tkompli tirrestrinġi l-kapaċità tar-Russja li tiffinanzja l-gwerra ta' aggressjoni tagħha
- Faċilità għall-Ukrajna: il-Kunsill japprova l-akbar pagament li qatt sar ta' €8 biljun lil Kiev
L-aħħar spjegazzjonijiet
L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025