Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 18 ta' Marzu 2025 12:00

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Fl-24 ta' Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/3911 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/391 imponiet aktar restrizzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, fost oħrajn, billi tirrifletti s-sanzjonijiet relatati mal-kummerċ miftiehma kontra l-Federazzjoni Russa, kif ukoll miżuri oħra bħal restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ jew il-forniment ta’ servizzi u software, depożiti u kartieri tal-kriptoassi, u t-trasport. Barra minn hekk, introduċiet kriterju ġdid għall-inklużjoni fil-lista li jqiegħed fil-mira persuni, entitajiet jew korpi li jappoġġaw jew jibbenefikaw mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja u l-Ukrajnajallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/391, 24.02.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/391/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 19 ta' Marzu 2025