- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 21 ta' Marzu 2025 18:00
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/484 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
Fil-11 ta' Marzu 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/4841.
Id-Deċiżjoni tneħħi entrata waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/2936, 12.03.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/484/oj
Kuntatti għall-istampa
-
Anitta Hipper Lead Spokesperson
- +32 2 29 85691
- +32 460 76 14 21
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 24 ta' Marzu 2025