Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 30 ta' Awwissu 2025 16:25

Il-Palestina: Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea

L-UE saret taf bid-deċiżjoni li jiġu rifjutati u revokati viżi ta' dħul għall-membri tal-Awtorità Palestinjana u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York f'Settembru.

Fid-dawl tal-ftehimiet eżistenti dwar il-kwartieri ġenerali bejn in-NU u l-istat ospitanti tagħha, aħna nħeġġu li din id-deċiżjoni tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika tal-)Moldova, in-Norveġja, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Settembru 2025