Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 7 ta' Jannar 2026 15:00

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta ma' miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

Fil-15 ta' Diċembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/25941 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill żied 5 persuni u 4 entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (ir-Repubblika ta'), il-Montenegro, in-Norveġja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2025/2594, 15.12.2025, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2594/oj

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2026