"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Sanzjonijiet

Skopri għaliex u kif l-UE tadotta sanzjonijiet, u fejn japplikaw is-sanzjonijiet fid-dinja.

L-UE tuża sanzjonijiet biex tippromwovi l-paċi, tappoġġa d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u tiddefendi d-dritt internazzjonali.

Is-sanzjonijiet mhumiex punittivi u mhumiex immirati lejn pajjiż jew popolazzjoni. Huma jfittxu li jġibu bidla fil-politika jew l-imġiba ta' dawk fil-mira tagħhom.

Collage li jinkludi oġġetti li jirrappreżentaw sanzjonijiet. Pereżempju droni, barmil taż-żejt u antenna tar-radar.

Spjegazzjoni tas-sanzjonijiet

Is-sanzjonijiet huma strument tal-UE maħsub biex iwieġeb għall-isfidi u l-iżviluppi globali li jmorru kontra l-objettivi u l-valuri tagħha.

Is-sanzjonijiet jinkludu embargos fuq l-armi, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi, projbizzjonijiet kummerċjali, restrizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, u miżuri diplomatiċi.

L-UE tista' timplimenta tliet tipi ta' reġimi ta' sanzjonijiet: sanzjonijiet tan-NU, sanzjonijiet tal-UE/NU u sanzjonijiet awtonomi tal-UE.

Id-deċiżjonijiet u r-regolamenti dwar is-sanzjonijiet jiġu adottati mill-Kunsill tal-UE b'unanimità u japplikaw fil-ġuriżdizzjoni tal-UE.

Meta japplikaw is-sanzjonijiet?

Il-maġġoranza tar-reġimi ta' sanzjonijiet tal-UE jiġu adottati fid-dawl ta' sitwazzjoni speċifika f'pajjiż partikolari.

Pereżempju, ġew imposti sanzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja, il-Belarussja, l-Iran, il-Korea ta' Fuq, is-Sirja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Venezwela.

Għaddi fuq il-mappa għal aktar informazzjoni.

Verżjoni testwali

Pajjiżi fejn japplika reġim ta' sanzjonijiet:

  • L-Afganistan
  • Il-Belarussja
  • Il-Bożnija-Ħerzegovina
  • Il-Burundi
  • Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
  • Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
  • Il-Gwatemala
  • Il-Guinea
  • Il-Guinea-Bissau
  • Il-Haiti
  • L-Iran
  • L-Iraq
  • Il-Libanu
  • Il-Libja
  • Il-Mali
  • Il-Moldova
  • Il-Myanmar/Burma
  • In-Nikaragwa
  • In-Niġer
  • Il-Korea ta' Fuq
  • Ir-Russja
  • Is-Somalja
  • Is-Sudan t'Isfel
  • Is-Sudan
  • Is-Sirja
  • It-Tuneżija
  • It-Turkija
  • L-Ukrajna
  • Il-Venezwela
  • Il-Jemen
  • Iż-Żimbabwe

Il-pajjiżi fil-mira

Collage li jinkludi dixx tas-satellita, id mgħollija mdawra bl-istilel tal-bandiera tal-UE u bastiment kbir tal-merkanzija.

Ir-Russja

Collage li juri lil Aleksandr Lukashenka, torri tar-radar fuq sfond aħdar, oġġetti tad-deheb u tad-djamanti fuq sfond aħmar, u komponenti elettroniċi bħal mikroċippa u bord ta' ċirkwit.

Il-Belarussja

Mara tgħolli idha f'ġest ta' emanċipazzjoni, fuq sfond ta' forom ġeometriċi Persjani ta' lwien ħodor.

L-Iran

Sanzjonijiet tematiċi

L-UE tadotta wkoll reġimi ta' sanzjonijiet tematiċi, immirati lejn dawk responsabbli għal tipi speċifiċi ta' azzjoni, involuti fihom jew assoċjati magħhom.

Sanzjonijiet relatati ma' ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Dawn japplikaw għal atti bħall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u t-tortura.

Sanzjonijiet immirati lejn individwi, gruppi u entitajiet involuti f'atti terroristiċi. Dawn ġew introdotti wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001.

Sanzjonijiet li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-UE biex tiġġieled il-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi u tappoġġa l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

Sanzjonijiet immirati lejn dawk responsabbli għal attakki ċibernetiċi jew tentattivi ta' attakki ċibernetiċi u dawk li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għal attakki bħal dawn.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Tmien suriet blu ta' individwi, kull waħda f'burdura rettangolari, fuq sfond bħal drapp minsuġ.

Sanzjonijiet kontra t-terroriżmu

Mara tgħolli idha f'ġest ta' emanċipazzjoni, fuq sfond ta' forom ġeometriċi Persjani ta' lwien ħodor.

Sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran

Collage li jinkludi dixx tas-satellita, id mgħollija mdawra bl-istilel tal-bandiera tal-UE u bastiment kbir tal-merkanzija.

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna: sanzjonijiet tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Ottubru 2026