Dokument: AUT-GO-03001

Titlu:
ZULASSUNGSBESCHEINIGUNG TEIL 1 ('A')
Pajjiż ta’ emissjoni:
AUT - Awstrija • REPUBLIK ÖSTERREICH •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
03001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/01/2011
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Dokument ta' reġistrazzjoni għall-vetturi. Parti 1 taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
86
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
2
Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti I) għandu jinġarr matul il-vjaġġi kollha. Huwa fih data li tikkonċerna l-vettura u l-obbligi formali rilevanti kollha. Dan mhuwiex dokument tal-identità.
Meta vettura tiġi rreġistrata, jinħarġu ċertifikat tar-reġistazzjoni tal-vettura (Parti I) (AUT-GO-01002) u ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti II) (AUT-GO-02002) fuq formola tal-karti. B'għażla, huwa possibbli li jintalab ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti I) fuq formola tal-kartun; il-Parti II hija kkombinata maċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-vettura jew dokument ta' approvazzjoni (pereżempju ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip). Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti I) fuq formola tal-karti ssir invalida f'każijiet bħal dawn wara li tkun ġiet irċevuta l-kard, u l-aktar tard tmien ġimgħat wara li tinħareġ il-kard.
In-numru tal-kard ma jikkorrispondix man-numru tas-serje fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti II).
Il-Parti I u II għandhom jiġu ppreżentati dejjem meta l-vettura titneħħa miċ-ċirkolazzjoni, meta d-data tiġi emendata, rettifikata jew issuplimentata, meta vettura tiġi rreġistrata ma' pjanċa tar-reġistrazzjoni skambjabbli jew titneħħa minn reġistrazzjoni bħal din, meta pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' sostituzzjoni tiġi assenjata wara serq jew telf, meta pjanċa tar-reġistrazzjoni personalizzata tiġi assenjata waqt li r-reġistrazzjoni għadha valida, u meta ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vettura jinħarġu mill-ġdid.
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fl-Awstrija • REPUBLIK ÖSTERREICH •