Dokument: FIN-HD-08001

Titlu:
HENKILÖKORTTI _ PERSONKORT _ Kortti nro / Kort nr. A...
Pajjiż ta’ emissjoni:
FIN - Finlandja • SUOMI •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
08001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/01/2020
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Karta tal-identità tas-sensiela A li tinħareġ lil nazzjonali ta' pajjiżi terzi. Il-karti tal-identità tas-sensiela A jinħarġu lil diplomatiċi u uffiċjali konsulari li jaħdmu fir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari akkreditati fil-Finlandja, lill-kapijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fil-Finlandja u lil persuni intitolati għall-istess trattament bħad-diplomatiċi, kif ukoll lill-membri tal-familja tagħhom. Il-karta tal-identità hija dokument relatat mar-residenza; mhijiex prova tal-identità tad-detentur. Karta tal-identità maħruġa lil nazzjonal ta' pajjiżi terzi tagħti lid-detentur id-dritt li jgħix fil-Finlandja waqt li jaħdem jew bħala membru tal-familja ta' persuna li qed taħdem u, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu, id-dritt li jidħol fit-territorju tal-istati Schengen.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
85
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Valida sa mhux iktar tard mid-data indikata fuq il-karta tal-identità; il-karta tal-identità ma tkunx valida jekk ikun l-impjieg tad-detentur jew tal-kap tal-familja fil-Finlandja jkun intemm.
Id-detentur tal-karta tal-identità jgawdi d-drittijiet kollha mogħtija lid-diplomatiċi fil-Finlandja.
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Finlandja • SUOMI : FINLAND •